Semma’ leħnek dwar it-tisħiħ tal-Ewropa Soċjali
© Getty images
Biex il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jinbidel f’realtà u titwitta t-triq għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru, il-Kummissjoni nediet diskussjoni wiesgħa f’Jannar 2020 mal-pajjiżi u r-reġjuni kollha tal-UE u mas-sħab kollha tagħna.
Hawn taħt hawn il-lista ta’ kontribuzzjonijiet għall-konsultazzjoni, li damet għal 11-il xahar u ntemmet fit-30 ta’ Novembru 2020. Il-Kummissjoni rċeviet aktar minn 1,000 tweġiba. Għal raġunijiet ta’ privatezza, it-tweġibiet minn individwi mhux se jiġu ppubblikati. Il-feedback ġie sottomess mingħand:
- is-soċjetà ċivili
- il-gvernijiet
- l-industrija
- is-sħab soċjali
- il-gruppi ta' riflessjoni
- l-universitajiet
- organizzazzjonijiet oħrajn
Flimkien, aħna se naġġornaw l-ekonomija tas-suq soċjali tal-Ewropa biex din tkun adattata għall-opportunitajiet u l-isfidi tal-lum u ta’ għada, u biex niżguraw tranżizzjoni ġusta għal kulħadd.
Avvenimenti
Il-Kummissjoni se tippromwovi u tappoġġja avvenimenti u dibattiti relatati mal-kwistjonijiet kollha koperti bil-prinċipji tal-Pilastru fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Aħna qed nafdaw fuq l-impenn attiv u l-parteċipazzjoni tas-sħab kollha tagħna.