Dwar is-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Apprendistati Is-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Apprendistati għandhom l-għan li: Itejbu l-kwalità u l-effettività tal-apprendistati madwar l-UE Jipprovdu appoġġ imfassal apposta lill-partijiet ikkonċernati involuti fit-twassil tal-apprendistati Is-Servizzi jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunità tal-apprendistati Ewropej u jappoġġaw lill-Istati Membri tal-UE fit-titjib tal-iskemi ta’ apprendistat tagħhom. Huma jipprovdu appoġġ permezz ta’ tliet pilastri: Kondiviżjoni tal-għarfien Netwerking Tagħlim komparattiv Kondiviżjoni tal-għarfien Il-Pilastru tal-kondiviżjoni tal-għarfien joffri katalgu dinamiku u faċli għat-tiftix ta’ għodod ta’ kwalità assigurata, kif ukoll għarfien u informazzjoni dwar l-apprendistati. Dan jinkludi: Librerija ta’ riżorsi Moduli ta’ taħriġ online Webinars Netwerking In-netwerking u l-appoġġ irawwem tagħlim reċiproku u bini ta’ kapaċità permezz ta’: Netwerking online Avvenimenti bħal laqgħat tal-partijiet ikkonċernati jew seminars ta’ tagħlim Tagħlim komparattiv L-Istati Membri jingħataw appoġġ biex itejbu l-kwalità u l-effiċjenza tal-apprendistati permezz ta’: Stabbiliment ta’ mudell ta’ eċċellenza Għodod għall-awtovalutazzjoni Appoġġ immirat mill-esperti u l-pari