Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Malta - Benefiċċju għal Disimpieg

Meta nista' nagħmel talba għal benefiċċju?

Il-Benefiċċji għal Disimpieg, it-tnejn li huma taħt l-iskemi kontributorji u l-iskemi mhux kontributorji, jitħallsu lil kull persuna li titlef l-impieg. Il-kriterji tal-eliġibilità għal benefiċċji kontributorji għal diżimpjieg jeħtieġu minimu ta’ 50 ġimgħa ta' kontribuzzjonijiet li minnhom mill-anqas 20 għandhom ikunu tħallsu jew dawn għandhom ikunu ġew akkreditati matul il-perjodu ta’ sentejn ta' qabel id-data meta ssir it-talba.

Fl-iskema mhux kontributorja, jitħallas Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg lill-kap tal-familja minflok il-Benefiċċju għal Diżimpjieg, sakemm jiġi sodisfatt it-test tal-mezzi rilevanti.

L-Assistenza għal Disimpieg titħallas b'rata li tista' tinbidel skont it-test tal-mezzi, u wkoll fir-rigward tan-numru ta’ persuni fid-dar.

Kif nista' nikkwalifika?

L-applikant irid ikun irreġistra bħala persuna li tkun qed tfittex xogħol full-time mas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi, irid ikun kapaċi jaħdem u disponibbli għax-xogħol.

Xi jmissni bi dritt u kif nista' nagħmel it-talba tiegħi?

Rata ta’ Kuljum tal-Benefiċċju

Xorta ta’ Benefiċċju

Ġenitur singlu/persuna miżżewġa li qed tmantni lil konjugi li ma tkunx impjegata full-time

Kull persuna oħra

Benefiċċju għal Dizimpjieg

€12.44

€8.13

Benefiċċju Speċjali għal Dizimpjieg

€20.89

€13.78

Dawn il-pagamenti jsiru sa mill-ewwel jum tad-dizimpjieg, u jibqgħu sejrin għal perjodu ta' 156 jum. Wara dan, il-persuna konċernata ma tikkwalifikax aktar għal dawn il-benefiċċji sakemm ma terġax taħdem għal perjodu ta' mill-inqas 13-il ġimgħa.

L-Assistenza għal Diżimpjieg titħallas b'rata li tista' tinbidel skont it-test tal-mezzi, u partikolarment skont kif tkun magħmula l-familja.

Formoli li jkollok timla

L-applikant irid jirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi billi jimla l-Formola ta' Registrazzjoni huwa stess f’wieħed mill-uffiċċji elenkati hawn.

Kun af id-drittijiet tiegħek

Pubblikazzjonijiet tal-Kummissjioni u siti elettroniċi:

Lil min għandek bżonn tikkuntattja?

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

38, Triq l-Ordinanza

Valletta, VLT 1021

Lista tal-Uffiċċji Distrettwali hawn

Ixxerja din il-paġna