Malta - Pensjoni kontributorja tal-Irtirar
Dan il-kapitlu jiġbor fih tagħrif dwar l-età statutorja tal-irtirar u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkiseb id-dritt għal din il-pensjoni.
Meta nista' nagħmel talba għal benefiċċju?
Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar hija pagabbli meta persuna tilħaq l-età statutorja tal-irtirar applikabbli jew f’każ ta’ rtirar kmieni (meta disponibili).
Kif nista’ nikkwalifika?
Sabiex jagħmel talba għal Pensjoni għall-Iritrar, l-applikant irid ikun laħaq l-età tal-pensjoni li ser titla gradwalment għal 65 sena sas-sena 2027.
Għaldaqstant persuna li:
- twieldet bejn l-1952 u l-1955 tilħaq l-Età tal-Pensjoni ta' 62 sena;
- twieldet bejn l-1956 u l-1958 tilħaq l-Età tal-Pensjoni ta' 63 sena;
- twieldet bejn l-1959 u l-1961 tilħaq l-Età tal-Pensjoni ta' 64 sena;
- twieldet fl-1 ta' Jannar 1962 jew wara tilħaq l-Età tal-Pensjoni ta' 65 sena.
Malli tilħaq tal-età tal-irtirar statutorja, persuna tista’ titħallas Pensjoni għall-Irtirar filwaqt li żżomm l-impjieg tagħha mingħajr tnaqqis fl-intitolament tagħhom. Il-medja massima ta' kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati sabiex persuna tikkwalifika għal pensjoni sħiħa hi ta' 50 ġimgħa fis-sena filwaqt illi l-medja minima hi ta' 15-il ġimgħa fis-sena għal min ikollu dritt għall-Pensjoni taż-Żewġ terzi bbażata fuq id-dħul pensjonabbli skont is-salarju bażiku li qalgħet qabel laħqet l-età tal-pensjoni jew qabel irtirat mix-xogħol tagħha. Il-medja minima għall-persuni, li għandhom dritt ukoll għal Pensjoni ta' Servizz,hija ta’ 20 ġimgħa ta’ kontribuzzjoni imħallsa jew akkreditati fis-sena. F’dan il-każ, il-persuni ma jkollhomx dritt għal Pensjoni taz-Żewġ Terzi, iżda għal rata fissa ta' pensjoni.
Persuni li twieldu bejn l-1952 u l-1961 għandhom għażla li jirċievu pensjoni bikrija meta jilħqu l-età ta' 61 sena sakemm ikollhom 1820 ġimgħa ta’ kontribuzzjoni mħallsa jew akkreditata (35 sena). Dawk li jagħżlu li jirtiraw kmieni ma jistgħux jaħdmu sakemm jilħqu l-età tal-irtirar statutorja applikabbli għalihom. Persuni li twieldu bejn l-1 ta' Jannar 1962 u l-31 ta’ Diċembru 1968 jistgħu japplikaw għal pensjoni kmieni sakemm ikollhom 2080 kontribuzzjoni mħallsa jew akkreditata (40 sena) filwaqt li dawk li twieldu wara l-1 ta’ Jannar 1969 għandu jkollhom total ta’ 41 sena ta’ assigurazzjoni.
Xi jmissni bi dritt u kif nista' nagħmel it-talba tiegħi?
Tliet xhur qabel ikollha l-età tal-pensjoni, il-persuna tirċievi notifika mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fejn tiġi mistiedna sabiex tipprovdi aktar informazzjoni sabiex il-Pensjoni għall-Irtirar tagħhom tkun tista’ tiġi ipproċessata. Persuni li jixtiequ jirtiraw aktar kmieni għandhom jippreżentaw talba. L-applikazzjonijiet jistgħu isiru online jew mill-persuna nnifisha fl-eqreb uffiċċju Distrettwali.
Ir-rati tal-pensjoni dovuta jvarjaw skont il-medja tal-kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati u skont ir-rata tal-kontribuzzjoni imħallsa (i) fl-aħjar tliet snin konsekuttivi fl-aħħar 11, 12 jew 13-il sena qabel is-sena li fiha ssir it-talba minn persuna impjegata mwielda bejn l-1952 u l-1961, jew (ii) fl-aħjar 10 snin konsekuttivi fl-aħħar 11,12 jew 13-il sena qabel is-sena li fiha ssir it-talba minn persuna li taħdem għal rasha mwielda bejn 1952 u 1961, jew (iii) fl-aħjar 10 snin matul l-40 sena mħallsa minn persuna impjegata jew li taħdem għal rasha mwielda bejn 1962 u 1968, jew (iv) fl-aqwa 10 snin tul il-41 sena imħallsa minn persuna impjegata jew li taħdem għal rasha mwielda wara l-1 ta’ Jannar 1969.
Spjega sempliċi ta' kliem tekniku
Il-medja tal-kontribuzzjoni hija miksuba permezz tat-totalizzazzjoni tal-ġimgħat ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa waqt il-ħajja tax-xogħol u maqsuma min-numru ta’ snin applikabbli meħtieġa għall-finijiet tal-pensjoni.
Formoli li jkollok timla’
Applikazzjoni għall-Pensjoni kontributorja għall-Irtirar.
Kun af id-drittijiet tiegħek
Pubblikazzjonijiet tal-Kummissjioni u siti elettroniċi:
- Is-sistema tas-sigurtà soċjali: id-drittijiet li bħala ċittadin tal-UE għandek tgawdi meta tkun barra pajjiżek.
- Att dwar is-Sigurtà Soċjali
Lil min għandek bżonn tikkuntattja?
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
38, Triq l-Ordinanza
Valletta, VLT 1021
Lista taċ-Ċentri tas-Sigurtà Soċjali, hawn.