Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Kroazja

Ir-restrizzjonijiet tranżizzjonali dwar l-aċċess għal ħaddiema mill-Kroazja għas-swieq tax-xogħol ta' Stati Membri oħrajn attwalment japplikaw

  • Fl-Awstrija

Dan ifisser li l-Awstrija tirregola l-aċċess tal-ħaddiema Kroati għas-suq tax-xogħol tagħha permezz tal-liġi nazzjonali u jistgħu jkun meħtieġa permessi tax-xogħol minn ħaddiema Kroati.

Il-Kroazja għandha restrizzjonijiet tranżizzjonali ekwivalenti għal ħaddiema mill-Awstrija.

Skont l-Att ta' Adeżjoni tal-2011, l-Istati Membri tal-UE-27 jistgħu temporanjament jillimitaw l-aċċess ta' ħaddiema mill-Kroazja għas-swieq tax-xogħol tagħhom.

L-ewwel fażi: L-1 ta’ Lulju 2013 - it-30 ta’ Ġunju 2015

L-aċċess kien regolat mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn. 13-il Stat Membru applikaw restrizzjonijiet (AT, BE, CY, FR, DE, EL, IT, LU, MT, NL, ES, SI u UK). L-oħrajn iddeċidew li japplikaw b'mod sħiħ ir-regoli dwar il-moviment liberu tal-UE għal ħaddiema Kroati.

It-tieni fażi: L-1 ta’ Lulju 2015 – it-30 ta’ Ġunju 2018

L-Istati Membri setgħu jżommu r-restrizzjonijiet jekk jinnotifikaw li jagħmlu dan minn qabel lill-Kummissjoni. L-Awstrija, in-Netherlands, is-SlovenjaMalta, u r-Renju Unit kienu għamlu dan.

It-tielet fażi: L-1 ta’ Lulju 2018 – it-30 ta’ Ġunju 2020

Fil-fażi finali l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet f'każ ta' tfixkil serju fis-suq tax-xogħol tagħhom jew minħabba theddida ta' tfixkil ta' din ix-xorta biss. Attwalment, japplikaw biss restrizzjonijiet fl-Awstrija.

Ixxerja din il-paġna