Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Bulgaria

Emerġenza

  • Ċempel il-112

Ambulanza

  • Ċempel il-150

Национална здравноосигурителна каса
(Fond Nazzjonali għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa)
Tel: +359 2 965 9116
Tel Hotline: 0800 14 800

 


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba (kura medika outpatient)

  • Il-biċċa l-kbira tat-tobba fil-Bulgarija għandhom kuntratt mal-Fond Nazzjonali għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa (NHIF).
  • Għandek tkun tista' tikseb il-kura billi turi l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.
  • Se jkollok tħallas tariffa ta' konsultazzjoni ta' BGN 2.90 għall-kura medika outpatient.
  • Din it-tariffa mhijiex rimborżabbli.

Dentisti

  • Il-biċċa l-kbira tas-servizzi tal-kura tas-snien mhumiex koperti.
  • Jekk id-dentist m’għandux kuntratt mal-NHIF, se jkollok tħallas l-ispiża kollha tal-kura.

Kura fi sptar (kura medika inpatient)

  • Il-kura fi sptar fi kliniki jew sptarijiet li għandhom kuntratt mal-NHIF hi bla ħlas meta turihom Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea valida jew ċertifikat ta’ sostituzzjoni temporanju.
  • Int se tħallas tariffa standard ta’ kuljum (BGN 5.40) iżda mhux għal aktar minn 10 ijiem fis-sena għar-rikoveru fi sptar.
  • Wara li toħroġ mill-isptar tkun intitolat għal żewġ visti addizzjonali bħala parti mill-kura marbuta mal-permanenza tiegħek fl-isptar.

Riċetti tat-tabib

  • Il-mediċina miktuba lilek minn tabib li hu b'kuntratt mal-NHIF hi disponibbli bi skont fi spiżeriji b'kuntratt mal-NHIF. Tista' tagħraf spiżeriji bħal dawn mil-logo tal-NHIF li jkun muri hemmhekk.
  • Biex tikseb mediċina li tqum ħafna flus għall-mard kroniku bi prezz skontat jew mingħajr ħlas se jkollok bżonn “ktejjeb tar-riċetti tat-tabib”. Dan jinkiseb mingħand tabib tal-familja b'kuntratt mal-NHIF. Għal dan il-għan ikollok b'mod temporanju tagħżel tabib tal-familja.
  • Jekk ħallast għall-mediċina, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek biex titlob rimborż meta tmur lura d-dar.

Ambulanza

  • Bla ħlas fil-każ ta' emerġenza.

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Rimborż

Tobba

  • Il-konsultazzjoni mhijiex rimborżabbli.

Dentisti

Riċetti tat-tabib

  • Fil-Bulgarija, il-pazjent jikkontribwixxi għall-ispiża tal-maġġoranza tal-mediċini.
  • Jekk ħallast għall-mediċina, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Hemm imnejn ikollok tagħmel kopagamenti għal servizzi koperti mill-assikurazzjoni tas-saħħa (testijiet kliniċi, kura tas-snien, servizzi inpatient u outpatient, mediċini bir-riċetta) f'każijiet fejn l-NHIF ma tkoprix l-ispiża kollha.
  • Għadd ta' sptarijiet jiċċarġjaw tariffi addizzjonali lill-pazjenti kollha tagħhom. Itlobhom fattura.
  • Sejjer l-isptar? Staqsi lill-isptar minn qabel jekk hemmx xi tariffa addizzjonali għall-kura tiegħek, u jekk hemm, kemm hi.
  • Bħala pazjent, se jkollok tħallas tariffi addizzjonali u tariffi ta' min qed juża s-servizz mhux regolati. Dawn ma jistgħux jiġu rimborżati.
  • Eżempji ta' kopagamenti:
    • Tariffi standard għall-kura inpatient u outpatient.
    • Tagħmir u provvisti mediċi
    • Tariffa talli tagħżel tabib jew tim mediku biex jikkurak meta tirċievi l-kura bħala kura in-patient
    • Kamra individwali/doppja fl-isptar
    • Rekwiżiti speċifiċi ta’ dieta

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Dijaliżi

  • Il-kronjodjaliżi u d-dijalizi periteonali (CAPD - "Continuous Ambulatory Peritoneal Dialysis", APD - "Automated Peritoneal Dialysis" u l-kura tad-dijaliżi għal kundizzjonijiet akuti) huma koperti mill-NHIF sakemm il-kura tingħata fi sptar/klinika tad-dijaliżi rikonoxxuta mill-NHIF għall-Proċedura klinika rilevanti.

Terapija tal-ossiġnu

  • L-NHIF ikopri biss is-CPAP ("continuous positive airway pressure") u l-BiPAP ("bi-level positive airway pressure"), mogħtija fi sptar akkreditat mill-NHIF għal terapija bħal din.
  • Din il-terapija tapplika biss għal pazjenti b'mard newromuskolari li jsofru minn dgħjufijiet respiratorji kliniċi, li diġà ġew preskritti programm ta' appoġġ għat-teħid tan-nifs b'ventilazzjoni mhux invażiva (CPAP jew BiPAP). Din tippermetti li jingħata appoġġ respiratorju skont il-ħtiġijiet djanjostikati minn qabel tal-pazjent.
  • Hemm disponibbli informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet mediċi li għandhom kuntratt mal-NHIF:

Kimoterapija

  • Il-kimoterapija tista' tingħata fi sptarijiet u kliniċi tal-kanċer li huma akkreditati mill-NHIF skont il-proċeduri tal-outpatient Nri 5, 6, 7, 8, 38; jew mogħdijiet kliniċi differenti skont it-tip ta’ marda. Il-"mogħdija klinika" hi sistema ta' ħtiġijiet u linji gwida għall-ispeċjalisti mediċi waqt li jkunu qed iwettqu proċeduri djanjostiċi u terapewtiċi fuq pazjenti b'ċertu mard li jkollhom bżonn joqogħdu l-isptar għall-kura.

Kif napplika għal EHIC?

Informazzjoni dwar kif tapplika għall-EHIC (bil-Bulgaru biss)


Fejn jaċċettaw l-EHIC

It-tobba u l-isptarijiet kollha li għandhom kuntratt mal-NHIF għandhom jaċċettaw l-EHICs validi.

N.B. Skont il-leġiżlazzjoni Ewropea, l-adozzjoni tal-EHIC mhijiex obbligatorja għall-ispeċjalisti mediċi. Ħafna drabi l-pazjenti fl-UE jridu jħallsu għas-servizzi mediċi tagħhom. Hekk kif imorru lura pajjiżhom, jistgħu japplikaw għal rimborż.


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fil-Bulgarija

Национална здравноосигурителна каса

Tel: +359 2 965 9116

Hotline: 0800 14 800

Email: euro-rights@nhif.bg; crossbordercare@nhif.bg

 

Ixxerja din il-paġna