Malta

Ninvestu fir-riżorsi umani sabiex noħolqu aktar opportunitajiet filwaqt li nippromwovu t-tisħiħ tas-soċjetà

Programme description

Dan il-programm iwitti l-prijoritajiet u l-objettivi sabiex jiġu investiti iktar minn € 132 miljun, li € 105 miljun minnhom ġejjin mill-baġit tal-UE.

L-investimenti sejrin ikunu ffokati fuq il-prijoritajiet li ġejjin:

  • L-impjiegi, b’€ 26 miljun biex jiġu appoġġjati miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-prospettivi tax-xogħol ta’ persuni li qed ifittxu xogħol u dawk inattivi, kif ukoll biex isostnu l-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Iktar minn 5 700 persuna huma mistennija li jingħataw appoġġ, inkluż tal-inqas 2 700 żagħżugħ u żagħżugħa.
  • L-inklużjoni soċjali, b’€ 40 miljun biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet li għandhom l-għan li joħolqu iktar opportunitajiet għal gruppi bħan-nisa u l-persuni inattivi, u sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tas-saħħa u l-inugwaljanzi. L-appoġġ huwa mistenni li jilħaq lil iktar minn 10 000 ruħ.
  • L-edukazzjoni, b’€ 47.4 miljun sabiex jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola, biex iktar studenti jaslu fl-edukazzjoni terzjarja u sabiex iktar nies jieħdu sehem fit-tagħlim tul il-ħajja. Huma sostnuti wkoll interventi li jsaħħu s-sistemi tal-edukazzjoni u taħriġ għall-vokazzjonijiet. Sa 12 000 student jistgħu jibbenefikaw minn korsijiet fit-teknoloġija diġitali u 8 000 ruħ minn tagħlim tul il-ħajja jew taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet.
  • L-amministrazzjoni pubblika, bi € 11-il miljun f’għajnuna sabiex titjieb il-kapaċità amministrattiva u l-effiċjenza tagħha, b’tali mod li s-servizzi jiġu pprovduti aħjar liċ-ċittadini. Hawnhekk il-mira hija li jitħarrġu 4 000 ruħ. Interventi li jiffokaw fuq it-tisħiħ tal-kapaċità tal-partijiet interessati li jsawru politiki dwar l-edukazzjoni (inkluż it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja), dwar l-impjiegi kif ukoll dawk soċjali huma appoġġjati wkoll, b’500 persuna fil-mira fost l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati.

Test programm

Operational Programme II: Investing in human capital to create more opportunities and promote the wellbeing of society

Regions

MALTA

Funds

ESF: 105,893,448.00 €

Thematic priorities

TA - Technical Assistance

TO10 - Education and training

TO11 - Better public administration

TO8 - Employment and labour market

TO9 - Social inclusion

Financial information

Total OP budget: 132,366,810.00 €

Total EU contribution: 105,893,448.00 €

Managing Authority

Office of the Deputy Prime Minister - Planning & Priorities Coordination Division

Triq il-Kukkanja

Santa Venera, Malta

+356 22001140

http://www.odpm.gov.mt

Head of unit

CCI number: 2014MT05SFOP001