Premjijiet REGIOSTARS

Ir-REGIOSTARS huma l-premji tal-Ewropa għall-proġetti reġjonali l-aktar innovattivi.

 Għodod addizzjonali

 

Aħbarijiet

Kull sena, il-Kummissjoni Ewropea tippremja lil dawk il-proġetti ffinanzjati mill-UE li juru eċċellenza u approċċi ġodda fl-iżviluppi reġjonali. Bl-għan li jispiraw lil reġjuni oħrajn u lil dawk li jimmaniġġjaw il-proġetti madwar l-Ewropa, il-proġetti parteċipanti huma fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni fil-livell Ewropew.

Fokus tematiku

Ir-REGIOSTARS jingħataw lil proġetti f’ħames kategoriji tematiċi (it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-iżvilupp urban u s-suġġett tas-sena).

Fl-2019, ir-REGIOSTARS huma ffokati fuq ħames oqsma li huma kruċjali għall-futur tal-politika reġjonali tal-UE:

  • il-promozzjoni tat-trasformazzjoni diġitali;
  • il-konnessjoni tal-aħdar, il-blu u l-griż;
  • il-ġlieda kontra l-inugwaljanza u l-povertà;
  • il-bini ta’ bliet reżiljenti għat-tibdil fil-klima;
  • il-modernizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa.

Akkademiċi ta’ livell għoli sejrin jivvalutaw l-applikazzjonijiet tal-proġetti sottomessi u jagħżlu r-rebbieħa.

Barra minn hekk, il-pubbliku sejjer jagħżel ir-rebbieħ tiegħu permezz ta’ votazzjoni online u sejjer jippremja lil wieħed mill-proġetti bil-premju tal-Għażla tal-pubbliku.

Fil-Gwida għall-Applikanti hemm aktar dettalji dwar il-kategoriji tal-premji.

Kif tapplika?

Il-Gwida għall-Applikanti tagħtik l-informazzjoni neċessarja kollha biex il-proġett tiegħek ikun rebbieħ. Flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-kategoriji tal-premji ta’ din is-sena, il-kriterji tal-eliġibbiltà u dawk tal-aġġudikazzjoni, din il-Gwida fiha manwal prattiku sabiex jiggwidak matul il-proċess. 

Il-pjattaforma online għall-applikazzjonijiet se tkun miftuħa bejn id-19 ta’ Frar u d-9 ta’ Mejju 2019. 

Ir-rebbieħa fil-ħames kategoriji, u r-rebbieħ tal-għażla tal-pubbliku, se jirċievu l-premju li tant jistħoqqilhom fiċ-ċerimonja festiva tar-REGIOSTARS, li se ssir fi Brussell f’Ottubru 2019.

 

Mil-lum, in-nies jistgħu jibdew jivvutaw għall-premju tal-għażla tal-pubbliku RegioStars 2018, minn fost il-21 finalista magħżula din is-sena.

RegioStars 2018 se jippremja lill-aqwa proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni f’5 kategoriji: il-kisba ta’ tranżizzjoni industrijali; il-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju; it-titjib fil-kwalità u l-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi; l-indirizzar tal-migrazzjoni fuq terminu twil; u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali tal-UE.

Il-Kummissarju għall-politika Reġjonali, Corina Creţu qalet: "Kull sena il-Premju RegioStars tagħna jgħolli dejjem aktar il-livell u juri kif il-fondi tal-UE jistgħu jintużaw bl-aħjar mod possibbli. Jien ninsab ħerqana li niltaqa’ mal-imħuħ u t-talenti wara dawn il-21 proġett kbir."

Il-'Premju RegioStars' hija kompetizzjoni annwali li tagħżel l-aħjar proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni. Ir-rebbieħa fil-5 kategoriji kollha sejrin jitħabbru fid-9 ta’ Ottubru, fil-kuntest tal-ġimgħa tal-Ibliet u r-Reġjuni tal-UE għall-2018.

Illum inħabbru l-finalisti għall-edizzjoni tal-2017 tal-Premjijiet RegioStars, il-kompetizzjoni annwali li tonora l-proġetti reġjonali li huma l-aktar ta' ispirazzjoni u innovattivi fl-Ewropa, appoġġata mill-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE. 

Ġurija indipendenti, immexxija mill-MPE Lambert van Nistelrooij, għażlet 24 finalist minn 103 entrati fuq il-bażi ta' erba' kriterji: l-innovazzjoni, l-impatt, is-sostenibbiltà u s-sħubija. 

L-24 finalist magħżula ġejjin minn reġjuni u bliet fl-20 Stat Membru u pajjiż ġar wieħed. L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, it-Turkija u r-Renju Unit.
Ħafna mill-finalisti qed jindirizzaw sfidi komuni permezz tal-kooperazzjoni minn naħa għal oħra tal-fruntieri.

Il-ħames kategoriji huma: 

  • 1 Speċjalizzazzjoni Intelliġenti għall-innovazzjoni tal-SMEs
  • 2 Unjoni tal-Enerġija: Tibdil fil-Klima
  • 3 it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-parteċipazzjoni attiva
  • 4 Edukazzjoni u Taħriġ
  • 5 CityStar: Bliet fi tranżizzjoni diġitali.

Ir-rebbieħa se jitħabbru nhar it-Tlieta 10 ta' Ottubru fi Brussell, waqt iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet Regiostars.

Iktar informazzjoni

It-titjib tal-perċezzjoni pubblika tat-trasparenza fl-użu tal-fondi tal-UE kien l-għan ewlieni tal-proġett Litwan Jonvabaliai (Fireflies).

Il-proġett kien iċċentrat madwar sit elettroniku interattiv, li jospita mappa bi proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali Ewropej. Maniġers tal-proġetti jistgħu, fuq bażi volontarja, jissottomettu informazzjoni dwar il-proġett tagħhom bħal riżultati, prezzijiet, proċeduri ta’ akkwist pubbliku, azzjonisti tal-kumpanija, miżuri kontra l-korruzzjoni, il-ġestjoni ta’ fondi u aktar. Aktar ma jkun hemm informazzjoni pubblika, il-proġett jikseb aktar “fireflies għat-trasparenza”.

Sa minn Settembru 2014, aktar minn 630 maniġer tal-proġetti ngħaqdu fl-inizjattiva wara serje ta’ azzjonijiet li inkoraġġew lill-proġetti jingħaqdu. Dawn jinkludu kampanja ta’ reklamar, kompetizzjoni għall-muniċipalitajiet, il-possibilità li tintuża l-identità viżwali, il-proposta biex tingħaqad fi ġranet miftuħa ta’ proġetti, il-produzzjoni ta’ sinjali tat-toroq li jistiednu lin-nies iżuru l-proġetti, kif ukoll programm tat-TV iddedikat għall-proġett Fireflies.

Is-sit elettroniku ta’ Fireflies kellu 35 500 viżitatur uniku li jammontaw għal 140 000 żjarat tal-paġni u bħala riżultat tal-proġett, il-proporzjon taċ-ċittadini li jikkunsidraw il-livell ta’ trasparenza dwar l-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE bħala “trasparenti” jew “pjuttost trasparenti” żdied minn 28 % għal 50. 9 %).

Jonvabaliai (Fireflies) huwa r-rebbieħ tal-"Ġestjoni Effikaċja" tal-Premjijiet RegioStars 2016.

Aktar informazzjoni dwar il-proġett 
Sit elettroniku - Inizjattiva favur it-Trasparenza Jonvabaliai 
Regiostars 2016

L-Akkademja tal-Proġett għall-Iżvilupp tal-Ekonomija Soċjali ġie implimentat miċ-Ċentru Reġjonali għall-Politika Soċjali fi Krakovja u ġie kkofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.

Il-proġett kellu l-għan li jlaqqa' flimkien individwi minn komunitajiet marġinalizzati jew li jinsabu f’sitwazzjoni diffiċli ma’ organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-soċjetà (bħall-NGOs, ir-rappreżentanti tal-gvern lokali, is-servizz soċjali u tal-impjiegi, l-entitajiet tal-ekonomija soċjali) u joħolqu infrastruttura ta’ appoġġ professjonali u komprensiva għall-ekonomija soċjali fir-Reġjun ta’ Malopolska.

Aktar minn 1700 individwu bbenefikaw mill-proġett, kif ukoll 245 entità tal-ekonomija soċjali u 203 entitajiet soċjali. Barra minn hekk, 126 organizzazzjoni pparteċipaw fi sħubijiet lokali, inħolqot rivista stampata u din tqassmet lil 1500 persuna u ġew organizzati 22 ħarġa ta’ studju, kif ukoll 10 avvenimenti tal-ekonomija soċjali.

L-Akkademja għall-Iżvilupp tal-Ekonomija Soċjali hija r-rebbieħa tal-Kategorija " Tkabbir Inklużiv" tal-Premjijiet RegioStars 2016.

Il-proġett Copenhagen Cleantech Cluster tnieda fl-2009 biex jiżgura t-tkabbir intelliġenti, l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni fost ditti tat-teknoloġija nadifa u istituzzjonijiet tal-għarfien Daniżi. Il-viżjoni ġenerali tal-proġett kienet li jiżviluppa r-Reġjun Zealand u r-Reġjun Kapitali tad-Danimarka f’wieħed mill-clusters tat-teknoloġija nadifa ewlenin fid-dinja, biex b’hekk joħloq valur superjuri għall-kumpaniji cluster parteċipanti u l-komunità xjentifika permezz tal-ħolqien ta’ netwerks ta’ valur li jinvolvu firxa wiesgħa ta’ parteċipanti, inkluż istituzzjonijiet tal-għarfien, promoturi tal-industrija, kumpaniji ewlenin tat-teknoloġija nadifa u awtoritajiet pubbliċi.

Permezz ta’ sforz iffukat, il-proġett ħoloq 1096 impjieg, appoġġa 126 negozju ġdid u ffaċilita ħafna kooperazzjonijiet u sħubijiet ġodda. Wara li ngħaqdet ma’ Cluster tal-Enerġija Nadifa Daniża oħra, l-organizzazzjoni issa għandha aktar minn 170 membru u għandha t-tikketta tad-DEHEB fl-Eċċellenza fit-Tmexxija tal-Clusters.

Cleantech hija r-Regiostar ta’ "Tkabbir Intelliġenti" 2016.

  1. Aktar informazzjoni dwar il-proġett
  2. Websajt - Copenhagen Cleantech Cluster 
  3. Regiostars 2016

Sabiex kulħadd ikun jista' jdaħħal l-applikazzjoni għall-premjijiet RegioStars tiegħu fil-ħin, id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet ġiet estiża sal-15 ta' Marzunofsillejl.

Bħal fis-snin ta' qabel, din l-edizzjoni tal-Premjijiet RegioStars ser titfa' l-attenzjoni fuq il-proġetti Ewropej tal-akbar ispirazzjoni u innovazzjoni kkofinanzjati mill-Politika ta' Koeżjoni tal-UE.

Wara li jintgħażlu minn ġurija indipendenti, il-maniġers tal-proġetti u r-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Maniġerjali tal-proġetti finalisti ser jiġu mistiedna biex jattendu għaċ-Ċerimonja tal-Premjijiet RegioStars 2015, li ser tiġi organizzata matul il-Ġimgħa tar-Reġjuni u l-Ibliet Ewropej għall-2015 (OPEN DAYS).

Il-proġetti rebbieħa ser jiġu ppreżentati bi trofew u b'"ċertifikat tar-Rebbieħa RegioStars" mill-Kummissarju tal-UE għall-Politika Reġjonali, Corina Creţu u mill-President tal-ġurija tal-Premjijiet RegioStars. Qiegħed jiġi prodott ukoll vidjow qasir dwar kull proġett rebbieħ, li jista' jintuża għal finijiet ta' promozzjoni.

Il-Kategoriji tal-Premjijiet għall-2015 huma:

1. TKABBIR INTELLIĠENTI: Nisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir tal-SME għal ekonomija diġitali

2. TKABBIR SOSTENIBBLI: Nimmobilizzaw l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika għall-benefiċċju taċ-ċittadini u s-soċjetà

3. TKABBIR INKLUŻIV: Nintegraw fis-soċjetà dawk f'riskju ta' esklużjoni soċjali

4. CITYSTAR: Nittrasformaw l-ibliet għall-isfidi futuri

Aktar informazzjoni dwar kif għandek tapplika, inkluż il-gwida għall-applikanti, il-fajl tal-applikazzjoni kif ukoll il-kriterji tal-eliġibbiltà u l-premjijiet, tista' tinstab fuq il-websajt ta' RegioStars.

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jimtlew bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sat-28 ta' Frar 2015. Il-finalisti magħżulin ser jiġu infurmati sa tmiem Mejju 2015. Iċ-ċerimonja tal-Premjijiet innifisha ser issir fi Brussell matul il-OPEN DAYS fl-13 ta' Ottubru 2015. 

Jekk għandek xi mistoqsija oħra kkuntattjana fuq regio-stars@ec.europa.eu

Niżżel il-gwida tal-applikanti bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Niżżel il-formola ta' applikazzjoni bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Close

Kull sena, il-Kummissjoni Ewropea tippremja lil dawk il-proġetti ffinanzjati mill-UE li juru eċċellenza u approċċi ġodda fl-iżviluppi reġjonali. Bl-għan li jispiraw lil reġjuni oħrajn u lil dawk li jimmaniġġjaw il-proġetti madwar l-Ewropa, il-proġetti parteċipanti huma fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni fil-livell Ewropew.

Fokus tematiku

Ir-REGIOSTARS jingħataw lil proġetti f’ħames kategoriji tematiċi (it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-iżvilupp urban u s-suġġett tas-sena).

Fl-2019, ir-REGIOSTARS huma ffokati fuq ħames oqsma li huma kruċjali għall-futur tal-politika reġjonali tal-UE:

  • il-promozzjoni tat-trasformazzjoni diġitali;
  • il-konnessjoni tal-aħdar, il-blu u l-griż;
  • il-ġlieda kontra l-inugwaljanza u l-povertà;
  • il-bini ta’ bliet reżiljenti għat-tibdil fil-klima;
  • il-modernizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa.

Akkademiċi ta’ livell għoli sejrin jivvalutaw l-applikazzjonijiet tal-proġetti sottomessi u jagħżlu r-rebbieħa.

Barra minn hekk, il-pubbliku sejjer jagħżel ir-rebbieħ tiegħu permezz ta’ votazzjoni online u sejjer jippremja lil wieħed mill-proġetti bil-premju tal-Għażla tal-pubbliku.

Fil-Gwida għall-Applikanti PDF en hemm aktar dettalji dwar il-kategoriji tal-premji.

Kif tapplika?

Il-Gwida għall-Applikanti tagħtik l-informazzjoni neċessarja kollha biex il-proġett tiegħek ikun rebbieħ. Flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-kategoriji tal-premji ta’ din is-sena, il-kriterji tal-eliġibbiltà u dawk tal-aġġudikazzjoni, din il-Gwida fiha manwal prattiku sabiex jiggwidak matul il-proċess. 

Il-pjattaforma online għall-applikazzjonijiet se tkun miftuħa bejn id-19 ta’ Frar u d-9 ta’ Mejju 2019.

Ir-rebbieħa fil-ħames kategoriji, u r-rebbieħ tal-għażla tal-pubbliku, se jirċievu l-premju li tant jistħoqqilhom fiċ-ċerimonja festiva tar-REGIOSTARS, li se ssir fi Brussell f’Ottubru 2019.

Din is-sena waslu 199 sottomissjoni għal REGIOSTARS 2019, il-kompetizzjoni annwali li tippremja l-eċċellenza u approċċi ġodda fl-iżvilupp reġjonali. Din is-sena, ninsabu ħerqana li qed nippreżentawlek l-applikazzjonijiet kollha. 
Għal dettalji dwar il-kompetizzjoni, aħna nitolbuk tirreferi għall-Guide for Applicants 
Appoġġja l-proġett favorit tiegħek minn issa! Uri lill-ġurija liema proġett tarah bħala l-aħjar wieħed u ppremjah bi vjaġġ lejn Brussell għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet REGIOSTARS 2019 li se ssir fid-9 ta’ Ottobru. Il-ġurija indipendenti se tagħżel sa 5 finalisti għal kull kategorija, li se jitħabbru fid-9 ta’ Lulju. Il-voti espressi wara din id-data se jingħaddu wkoll għall-finalisti, li qed jikkompetu għall-premju magħżul mill-pubbliku REGIOSTARS 2019.
Għal dettalji dwar il-proġetti, jekk jogħġbok agħżel il-kategorija li tinsab interessat/a fiha.

Arkivji