Nixprunaw il-potenzjal ekonomiku u nsaħħu l-ħarsien tal-ambjent fil-Mediterran

Proġett iffinanzjat mill-UE, imfassal sabiex tinkiseb diversifikazzjoni ekonomika u sabiex tiġi mħarsa s-sbuħija naturali taż-żoni rurali ta' Malta u Sqallija, ippermetta lill-industrija tal-inbid tiffjorixxi.  

 Għodod addizzjonali

 
Id-dwieli qegħdin jitħawwlu u jiġu ssorveljati bit-tama li jiġu kkultivati kemm l-inbid kif ukoll it-turiżmu. © PROMED Id-dwieli qegħdin jitħawwlu u jiġu ssorveljati bit-tama li jiġu kkultivati kemm l-inbid kif ukoll it-turiżmu. © PROMED

" Il-proġett PROMED wera li prodotti u proċessi innovattivi applikati jistgħu jżidu l-profittabilità tas-sistemi ta' kultivazzjoni filwaqt li jissalvagwardjaw l-ekosistema u l-prodott finali. L-attivitajiet kollha f'Malta u Sqallija involvew lil produtturi lokali. Minn dak iż-żmien 'l hawn l-inbejjed ġew ippreżentati f'bosta avvenimenti internazzjonali, inklużi l-edizzjonijiet tal-2012 u l-2013 tal-wirja internazzjonali tal-inbejjed u l-ispirti Vinialy. "

Direttur Lucio G. Monte, Istituto Regionale del Vino e dell’Olio, l-Italja

Identifikata bħala alternattiva ekoloġika għat-turiżmu tal-bajjiet, il-vitikultura tat lill-komunitajiet lokali żbokk ekonomiku vijabbli u għenet sabiex ir-reġjun ikun imħares mill- erużjoni tal-ħamrija. Inħolqu madwar 14-il impjieg matul l-implimentazzjoni tal-proġett PROMED. 

Konservazzjoni li tħalli l-qligħ 

PROMED beda billi ġew studjati madwar 60 000 metru kwadru ta' art ta' Sqallija u Malta, u identifika ż-żoni fejn il-produzzjoni tal-inbid tista' tkun l-iktar vijabbli u liema varjetajiet ta' għeneb jistgħu jaħdmu l-aħjar. Fl-istess ħin, ġew stabbiliti l-aħjar prattiki sabiex jinkisbu effiċjenzi fix-xogħol. 

Il-proġett ried jevalwa jekk il-kultivazzjoni tad-dwieli tistax tkun mezz li jħalli l-profitt kif jiġu salvagwardjati l-gżejjer żgħar ta' Sqallija u Malta kontra l-eruożjoni tal-ħamrija. Għalhekk, din ir-riċerka ġiet implimentata fil-vinji madwar il-gżejjer ta' Malta, Pantellerija u Linosa. Il-provi tal-produzzjoni tal-inbid saru wkoll fil-fabbrika tal-inbid ta' Dalmasso f'Marsala, Sqallija. 

Infetħet fabbrika tal-inbid sperimentali fil-Buskett, Malta, billi ġie segwit l-eżempju tal-fabbrika tal-inbid ta' Dalmasso f'Marsala, li ħaffet it-trasferiment tal-għarfien fuq l-immaniġġjar sostenibbli tal-vinji. 

Industrija lokali vijabbli 

Matul il-proġett, ġew analizzati b'kollox 9 varjetajiet ta' għeneb, filwaqt li b'kollox ġew prodotti 42 inbid sperimentali. Saru 610 analiżijiet kif ukoll sessjonijiet tekniċi li matulhom jintiegħem l-inbid.
    
It-trasferiment tal-għarfien għen sabiex jinbidel il-mod li bih huma mmaniġġjati l-vinji tradizzjonali Maltin, kemm f'termini ta' razzjonalizzazzjoni tax-xogħol u permezz tal-adozzjoni ta' prattiki ġodda bħat-tħawwil ta' għelejjel temporanji u artifiċjali li jservu ta' lqugħ. F'Linosa, il-proġett għen sabiex titjieb il-kwalità tal-għeneb permezz tal-protezzjoni tad-dwieli kontra l-kundizzjonijiet nixfin u r-riħ.

Il-proġett saħħaħ ukoll il-produzzjoni lokali tal-inbid billi stabbilixxa protokolli għall-produzzjoni tal-inbejjed, li wieħed minnhom – il-protokoll ta' Pantellerija ta' PROMED – diġà ġie rikonoxxut mill-MIPAAF, il-Ministeru Taljan għall-Politika dwar l-Agrikoltura, l-Ikel u l-Forestrija. Issa qegħdin jiġu promossi rotot ġodda għat-turisti ffokati fuq l-inbejjed.

Investiment totali u finanzjament mill-UE

L-investiment totali għall-proġett "PROMED" huwa ta' EUR 1 455 535 bil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-UE kkontribwixxa EUR 1 152 205 permezz tal-Programm Operattiv "Italja-Malta" għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007- 2013.  

Id-data ta' l-abbozz

29/01/2016