Terminal tal-vapuri ġdid se jagħti spinta lit-turiżmu u n-negozju f’Malta u Għawdex

Il-bini ta’ terminal ġdid għall-vapuri bejn Malta lejn Għawdex qed tgħin fil-promozzjoni tat-turiżmu u fiż-żieda tat-traffiku tal-merkanzija, li jġib benefiċċju għall-ekonomija tal-ġżejjer.

 Għodod addizzjonali

 
Terminal tal-vapuri modern u effiċjenti fl-użu tal-enerġija biex jittejbu l-kollegamenti ta’ trasport bejn il-gżejjer Maltin Terminal tal-vapuri modern u effiċjenti fl-użu tal-enerġija biex jittejbu l-kollegamenti ta’ trasport bejn il-gżejjer Maltin

Il-vapuri joperaw mit-terminal tal-vapuri taċ-Ċirkewwa lejn il-Port tal-Imġarr f’Għawdex, u jġorru kważi żewġ miljun vettura u erba’ miljun passiġġier kull sena. Fis-sajf, il-vjaġġi bid-dgħajsa lejn il-gżira ta’ Kemmuna joperaw ukoll mill-port taċ-Ċirkewwa, kif ukoll l-eskursjonijiet organizzati tal-għadis. Għan ewlieni ta’ proġett ta’ tliet snin għall-kostruzzjoni ta’ terminal ġdid huwa li jnaqqas il-konġestjoni u jtejjeb in-netwerk tat-trasport fi ħdan il-gżejjer Maltin. It-terminal modern qed jitfassal ukoll biex ikun kemm jista’ jkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija permezz tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li jisfruttaw bl-aħjar mod possibbli l-klima ta’ Malta.

Il-bini ta’ infrastruttura moderna u ekoloġika

Il-proġett li tnieda fl-2010 jinkludi t-titjib tal-mollijiet eżistenti u ż-żieda tat-tielet irmiġġ fil-moll tat-Tramuntana flimkien ma’ binijiet, toroq u titjib ieħor.

Il-faċilitajiet il-ġodda jinkludu bini għall-ġesjtoni tal-passiġġieri flimkien ma’ passaġġi elevati għall-passiġġieri u rampi ta’ aċċess flessibbli li jwasslu sal-bastimenti. Qed jinbnew ukoll żoni għall-ħatt mill-vetturi, parkeġġi u terminus għall-kowċis u t-trasport pubbliku. Biex titnaqqas il-konġestjoni fil-port, ittejjeb ukoll l-aċċess permezz ta’ ċirkolazzjoni tat-traffiku aħjar filwaqt li t-toroq ta’ aċċess ġew ikkollegati man-netwerk tat-toroq ewlieni.

Il-bini tat-terminal il-ġdid stess għandu waħda mill-akbar installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltaċji f’Malta. Qed tiġi installata wkoll turbina tar-riħ lejn in-nofsinhar tal-port. Permezz ta’ dawn l-installazzjonijiet, flimkien ma’ miżuri ta’ ffrankar ta’ enerġija, l-enerġija ekoloġika ser tgħin biex tissodisfa l-ħtiġijiet operazzjonali tat-terminal, biex b’hekk dan inaqqas il-marka tal-karbonju tiegħu.

Tħeġġiġ tal-kummerċ u titjib tal-aċċess

L-infrastruttura l-ġdida qed twassal għal servizz imtejjeb għat-traffiku kollu li jgħaddi mill-port (passiġġieri u operaturi) u għal protezzjoni akbar minn kundizzjonijiet tat-temp ħżiena.

Iż-żieda fil-kapaċità tat-terminal il-ġdid qed tnaqqas il-ħin għall-ivvjaġġar u żżid l-ammont ta’ traffiku bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.

Billi jtejjeb l-aċċess għall-gżira ta’ Għawdex, l-iżvilupp qed iħeġġeġ aktar turisti biex iżuru l-ġżira, u dawn għandhom rwol vitali għall-ekonomija ta’ din il-gżira. Il-kollegamenti ta’ trasport imtejba qed jgħinu wkoll fl-iżblukkar ta’ potenzjal ta’ negozju fi ħdan ir-reġjun u qed jagħtu spinta lill-kwalità tal-ħajja kemm tal-abitanti ta’ Għawdex kif ukoll tal-viżitaturi.

Dawn il-faċilitajiet tfasslu biex itejbu l-aċċess għal kulħadd u biex jipprovdu esperjenza ta’ vvjaġġar pożittiva għall-vjaġġaturi bejn Malta u Għawdex. Servizz ta’ netwerk ta’ trasport bejn il-gżejjer imtejjeb b’aktar effiċjenza, sigurtà u kumdità ser ikun ta’ benefiċċju ekonomiku għall-komunità kollha.”

- Christopher Farrugia, Transport Malta.

Investiment totali u finanzjament tal-UE

L-investiment totali għall-proġett “Terminal tal-Vapuri taċ-Ċirkewwa” kien ta’ EUR 10 867 996, bil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-UE jikkontribwixxi EUR 8 800 000. Il-proġett huwa ffinanzjat permezz tal-Programm Operattiv “Ninvestu fil-Kompetittività għal Kwalità tal-Ħajja Aħjar” għall-perjodu ta’ programmazzjoni għall-2007 sal-2013.

Id-data ta' l-abbozz

22/11/2013