Attrazzjoni solida daqs il-blat

Jingħad li l-Gżejjer Maltin huma s-sit tal-ewwel ġebel imwaqqaf u mibni fuqu nnifsu fid-dinja, antik madwar 5 000 sena. Attrazzjoni għall-viżitaturi li sejra tajjeb fil-Lbiċ tal-belt kapitali Valletta tenfasizza l-kultura u l-wirt li għadu jidher fid-diversi bini, monumenti u oġġetti magħmulin minn ġebla tal-franka kulur l-għasel.

 Għodod addizzjonali

 
Xogħol fil-ġebel għall-wiri f'attrazzjoni għat-turisti Xogħol fil-ġebel għall-wiri f'attrazzjoni għat-turisti

"Sibna l-fondi mill-UE ta’ għajnuna kbira biex intejbu s-servizzi tagħna u sabiex nagħmlu l-attrazzjoni ta’ valur aqwa għall-flus. Il-Limestone Heritage, Park and Gardens issa jista’ jagħti lill-klijenti tiegħu, esperjenza professjonali aħjar u aqwa."
Manuel Baldacchino, Direttur Maniġerjali

Il-proġett tal-Limestone Heritage, Park and Gardens għen biex itejjeb is-sit u l-karatteristiċi eżistenti, inkluż b’aġġornament diġitali għall-wirja awdjoviżiva għall-viżitaturi minn madwar id-dinja. Ġab miegħu ukoll xogħlijiet siewja ġodda għal żona rurali fejn l-impjiegi esperjenzaw tnaqqis matul dawn l-aħħar snin.

Differenza fis-suq

Il-Limestone Heritage hija ‘wirja ħajja’ mmexxjia minn familja, li nfetħet f’Mejju 2002 minn Manuel Baldacchino bl-għajnuna ta’ martu, ibnu u bintu. Tinsab fil-limiti tal-villaġġ tas-Siġġiewi, qrib uħud mill-aqwa attrazzjonijiet turistiċi oħrajn tan-nazzjon.

Il-mużew/park issawwar minn xewqa li jingħata kontribut għall-preservazzjoni tal-wirt ta’ Malta, billi joffri dehra ġenerali tal-irwol ewlieni li għandha l-ġebla tal-franka. Jintraċċa l-oriġini tal-ġebla, madwar 20 miljun sena ilu meta l-arċipelagu Malti beda jeżisti, kif ukoll l-iżvilupp tal-ħadma tal-ġebla, karatteristiċi arkitettoniċi tradizzjonali, u wħud mill-għodod u mis-snajjiet assoċjati magħhom.

Il-bosta wirjiet u l-faċilitajiet li hemm madwar is-sit huma mfasslin biex jiffamiljarizzaw lill-viżitaturi ma’ kull aspett tal-ġebla tal-franka. Wara li jgħaddu miċ-ċentru modern għall-viżitaturi, huma jistgħu jimxu tul qiegħ il-baħar fossilizzat antik, jammiraw l-istruttura interna tar-razzett tipiku Malti, u jitgħallmu mingħand bennejja b’esperjenza dwar is-sengħa iebsa tagħhom. Aktar attrazzjonijiet jinkludu qabar Ruman/Puniku tal-200 BC, li ġie skopert dan l-aħħar fis-sit, kaskata ta’ 10 metri, u eżempji tal-makkinarju tqil użat fl-industrija tal-ġebla. Il-park ġie estiż ukoll bil-ftuħ ta’ ġnien taċ-ċitru, b’ringieli ta’ siġar tal-lumi u tal-larinġ ifuħu, li joffri post sikur għall-annimali lokali.

Esperjenza aktar siewja għall-viżitatur

Appoġġjata mill-ko-finanzjament tal-UE u Malti bejn l-2004 u l-2006, il-wirja tal-Limestone Heritage tjiebet b’bosta modi. Il-passaġġ li minnu jgħaddu l-viżitaturi ġie mgħammar b’‘ċantagura’ ġdida u żdiedu aktar armarji fissi għall-wiri tal-affarijiet. Iċ-ċentru tal-viżitaturi rċieva sistema awdjoviżiva b’postijiet bilqiegħda simili għal dawk ta’ ċinema, proġettur diġitali u dawl li huwa effiċjenti fl-enerġija. Ix-show ġie diġitalizzat ukoll sabiex titjieb il-kwalità tiegħu u l-website saret iktar attraenti.

Ix-xogħol l-aktar reċenti li sar fuq il-proġett renda riżultati sbieħ. Fl-2008, laqa’ madwar 58 000 viżitatur, ħafna minnhom tfal tal-iskola, u ġie kklassifikat fit-tieni post fl-Aqwa Attrazzjoni għall-Viżitaturi ta’ Malta. Is-sit jospita wkoll avvenimenti kultura bħal kunċerti u żfin folkloristiku, u rebaħ premju ambjentali għall-industrija fl-2005 u premju nazzjonali fl-2007 għall-‘aqwa ħanut turistiku’.


Id-data ta' l-abbozz

16/01/2010