Kisbiet ewlenin tal-Politika Reġjonali 2014-2020
Il-politika ta’ koeżjoni – iffinanzjata mill-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni – hija l-akbar sors ta’ investimenti diretti tal-baġit tal-UE fil-perjodu 2014-2020. Dawn it-tliet fondi sejrin jippermettu investiment totali ta’ EUR 485 biljun, b’finanzjament tal-baġit tal-UE ta’ EUR 355 biljun.
Hawn taħt tista’ ssib preżentazzjoni tal-miri ta’ investiment magħżula u l-progress li sar s’issa fl-ilħuq ta’ dawn il-miri organizzati taħt it-tliet intestaturi ta’:
- Ewropa Intelliġenti: ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ekonomija diġitali, l-SMEs
- Ewropa Sostenibbli: ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, azzjoni ambjentali u klimatika, infrastrutturi tan-netwerk
- Ewropa Inklużiva: is-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u l-kapital uman
Il-filtru jippermettilek tara l-kontribuzzjoni speċifika skont il-pajjiż.