Il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-impjieg u t-tkabbir, il-Pjan ta’ Investiment u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni

 Għodod addizzjonali

 

Il-Fondi SIE huma l-għodda ewlenija tal-politika ta’ investiment tal-UE: total ta’ EUR 454 biljun ġew allokati mill-baġit tal-UE biex jiġu investiti f’iktar minn 500 programm. Flimkien ma’ kofinanzjament nazzjonali ta’ EUR 183 biljun, l-investiment totali jammonta għal mill-inqas EUR 637 biljun. Permezz ta’ dan il-baġit, il-Fondi SIE saru dejjem aktar importanti għall-investimenti pubbliċi ta’ kofinanzjament, filwaqt li jikkumpensaw għall-investimenti nazzjonali u reġjonali li qiegħdin jonqsu bħala riżultat tal-kriżi. Bejn l-2014 u l-2016, il-Fondi huma mistennija li jammontaw għal madwar 14 % tal-investiment pubbliku totali bħala medja, u anke jilħqu sa 70 % f’xi Stati Membri.

Iktar minn 120 biljun mill-Fondi SIE se jkunu strateġikament investiti fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-appoġġ għal negozji żgħar u t-teknoloġiji diġitali, biex b’hekk jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ tkabbir intelliġenti tal-UE. Il-Fondi se jkunu essenzjali wkoll għal tkabbir sostenibbli tal-UE. Permezz ta’ EUR 193 biljun, l-ogħla baġit tal-UE li qatt ġie allokat għal investimenti fl-enerġija, l-ambjent, il-klima u t-trasport sostenibbli, il-programmi se jikkontribwixxu b’mod sinifikanti sabiex jiggwidaw lill-Ewropa fi triqitha lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Minbarra l-investimenti fl-infrastrutturi ewlenin fil-broadband, it-trasport jew il-provvista tal-ilma, biex insemmu xi ftit, u minbarra l-investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-inklużjoni soċjali u l-adattabilità professjonali tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa, il-Fondi SIE se jappoġġjaw direttament żewġ miljun intrapriża fl-Ewropa kollha sabiex iżidu l-kompetittività tagħhom u jgħinuhom jiżviluppaw prodotti innovattivi u joħolqu impjiegi ġodda.

Barra minn hekk, bħala parti essenzjali tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u l-ikkumplimentar tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), il-Fondi SIE se jimmobilizzaw l-investiment, jappoġġjaw ir-riformi strutturali, jinkoraġġixxu finanzjament tas-settur privat, jindirizzaw fallimenti fis-suq u jtejbu l-klima tal-investiment.

Matul it-tmien snin li ġejjin, 456 programm nazzjonali u reġjonali u 79 programm ta’ kooperazzjoni interreġjonali taħt il-Fondi SIE huma mistennija li jwasslu massa kritika ta’ investimenti f’oqsma ta’ tkabbir ewlenin, li se jkollha impatt pożittiv fuq l-ekonomija tal-UE.

Il-Komunikazzjoni dwar “Investiment fl-impjiegi u t-tkabbir – nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej” tipprovdi ħarsa ġenerali lejn dak li huwa mistenni li jinkiseb mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE) matul l-2014-2020 filwaqt li tikkontribwixxi direttament għall-għanijiet tal-UE għat-tkabbir u l-impjiegi, il-Pjan ta' Investiment u il-prijoritajiet tal-Kummissjoni matul dan id-deċennju. Ir-rapport jinkludi wkoll l-eżiti tan-negozjati mal-Istati Membri kollha dwar il-Ftehimiet tas-Sħubija u l-programmi.

  • Investiment fl-impjiegi u t-tkabbir – nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi SIE en pdf
  • Kooperazzjoni Territorjali Ewropea / INTERREG en pdf
  • Informazzjoni fuq livell nazzjonali en pdf
  • Valutazzjoni u żminijiet en pdf

Oqsma ta’ investiment:

  • Impjiegi, Tkabbir u Investiment de en fr itbgesropdf
  • Suq Uniku Diġitali de en fritbgesro pdf
  • Unjoni tal-Enerġija u l-Klima de en fritbgesro pdf
  • Suq Intern de en fritbgesro pdf
  • Unjoni Ekonomika u Monetarja de en fritbgesro pdf
  • Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali de en fritbgesro pdf
  • Migrazzjoni de en fritbgesro pdf

Viżwalizzazzjoni tad-dejta u dejta ta’ sfond

Impjiegi, Tkabbir u Investiment de en fritbgesropdf


Suq Uniku Diġitali de en fritbgesro pdf


Unjoni tal-Enerġija u l-Klima de en fritbgesro pdf


Suq Intern de en fritbgesro pdf


Unjoni Ekonomika u Monetarja de en fritbgesro pdf


Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali de en fritbgesro pdf


Fondi SIE u komplementaritajiet FEIS

  • Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u komplementaritajiet tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi: L-iżgurar ta’ koordinazzjoni, sinerġiji u komplementarjetà en pdf - sommarju bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt lv mt nl pl pt ro sk sl sv pdf

Country Factsheets

Il-Fondi SIE jinkludu: