Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Is-sussidjarjetà

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandu l-għan li jiżgura li ċerti deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin. Minbarra fil-każijiet fejn l-UE għandha l-kompetenza esklussiva, l-azzjoni fil-livell tal-UE ma għandhiex tittieħed sakemm din ma tkunx aktar effettiva mill-azzjoni meħuda fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Is-sussidjarjetà hija marbuta mill-qrib mal-prinċipji tal-proporzjonalità u ħtieġa, li jfisser li kull azzjoni mill-Unjoni ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tat-Trattat.

Is-sussidjarjetà ġiet introdotta għall-ewwel darba fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 5) fl-1992. It-Trattat ta’ Amsterdam (1997) wessa’ dan il-prinċipju, pereżempju sabiex il-proposti leġiżlattivi kollha jkunu vvalutati għall-impatt tagħhom fuq is-sussidjarjetà.

It-Trattat ta’ Lisbona saħħaħ aktar dan il-prinċipju. Bidliet speċifiċi jinkludu: konsulenza akbar mal-livell lokali u reġjonali fl-abbozzar tal-proposti leġiżlattivi; komunikazzjoni aktar mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali matul il-proċess leġiżlattiv.

Aktar informazzjoni