Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

L-għajnuna mill-Istat

Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat jiżguraw li r-riżorsi tal-Istat ma jintużawx sabiex jgħawwġu l-kompetizzjoni jew joħolqu vantaġġ żleali fis-suq uniku Ewropew.

L-għajnuna mill-Istat hija vantaġġ mogħti minn gvern li jista’ jagħti vantaġġ kompetittiv żleali lil kumpanija fuq il-kompetituri kummerċjali tagħha. Għajnuna mill-Istat bħal din tista’ tingħata b'modi differenti, bħal permezz tal-allokazzjoni ta’ sussidiji, id-dispożizzjoni ta’ ħelsien mill-imgħax u t-taxxa, jew l-akkwist ta’ prodotti u servizzi fuq termini preferenzjali.

Ir-regoli tal-UE ġeneralment jipprojbixxu l-għajnuna mill-Istat sakemm din ma tkunx iġġustifikata taħt ċerti ċirkostanzi relatati mal-iżvilupp ekonomiku ġenerali. Il-Kummissjoni hija inkarigata biex tiżgura li r-regoli tal-għajnuna mill-Istat huma applikati u osservati bl-istess mod madwar l-Istati Membri kollha. Il-programmi operazzjonali għall-'iżvilupp reġjonali huma soġġetti għal dawn ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat.