Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Ġestjoni kondiviża

Hemm żewġ tipi ewlenin ta’ finanzjament tal-UE: fondi li huma ġestiti b'mod ċentrali u direttament mill-Kummissjoni Ewropea, pereżempju għar-riċerka; u fondi li l-ġestjoni tagħhom hija kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri, pereżempju l-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni. L-UE tafda l-ġestjoni ta’ dawn tal-aħħar f’idejn l-Istati Membri. Il-maġġornaza tal-infiq tal-UE jinvolvi fondi li huma ġestiti b'mod konġunt mill-Istati Membri tal-UE.

Għall-fondi fil-'ġestjoni kondiviża', il-Kummissjoni fil-preżent tafda l-Istat Membru bl-implimentazzjoni tal-programmi fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri mbagħad jallokaw dawn il-fondi lill-benefiċjarji aħħarin (eż. kumpaniji, bdiewa, muniċipalitajiet, eċċ). L-Istat Membru għandu r-responsabbiltà primarja li jistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolamenti, billi jiżgura li din is-sistema taħdem b'mod effettiv u jipprevjeni, jiskopri u jikkorreġi wkoll l-irregolaritajiet. Il-Kummissjoni għandha rwol superviżorju billi tissodisfa lilha nnifisha li l-arranġamenti li jikkontrollaw is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll huma konformi. Din tagħmel hekk billi tivverifika l-funzjonament effettiv ta’ din is-sistema u tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji, fejn meħtieġ.

Aktar informazzjoni