Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Il-premjijiet RegioStars

Il-'premjijiet' Regio Stars jfittxu jippromwovi l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajba bejn ir-reġjuni tal-'Ewropa kif ukoll li jrawwmu l-innovazzjoni.

Dawn isiru kull sena u għandhom l-għan li jidentifikaw u jiċċelebraw proġetti ta’ żvilupp reġjonali appoġġjati mill-politika reġjonali tal-'UE. Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni turi proġetti oriġinali u innovattivi li jistgħu jagħtu ispirazzjoni lil reġjuni oħrajn f’oqsma varjati daqs l-innovazzjoni tal-SME, il-bijoekonomija, u t-trasport urban sostenibbli.

Sabiex ikunu nnominati għal premju, il-proġetti jridu jkunu invarjabbilment innovattivi fil-karattru tagħhom, jagħtu prova tal-kredenzjali sostenibbli tagħhom u juru li taw kontribuzzjoni pożittiva lill-ekonomija tar-'reġjun tagħhom. Dawn iridu jkunu pproduċew ukoll riżultati li jistgħu jsaħħu s-sħubiji lokali, reġjonali u interreġjonali.