Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

L-irkupru tal-fondi

Hemm tliet ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni Ewropea trid titlob lill-Istati Membri rilevanti għal rimborż (irkupru) tal-fondi Strutturali u ta’ Investiment.

L-ewwel nett, l-irkupru huwa dovut meta mhux il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha lill-Istat Membru rilevanti kienu meħtieġa. Ir-regoli finanzjarji tal-'UE jeħtieġu l-irkupru ta’ dawn l-ammonti ta’ flus.

It-tieni, ir-regoli finanzjarji tal-'UE jeħtieġu l-irkupru meta l-fondi jkunu ngħataw għal operazzjoni strutturali li tkun diġà tlestiet.

It-tielet, jekk il-flus mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE jintużaw ħażin minħabba frodi jew negliġenza, il-Kummissjoni Ewropea għandha d-dritt li titlob l-Istat Membru rilevanti għal rimborż.

Il-proċeduri ta’ rkupru stabbiliti fil-liġi tal-UE jistgħu jkunu attivati sabiex jiġu rkuprati l-flus. Fir-rigward tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, awtorità ta’ ċertifikazzjoni tħejji u tibgħat lill-Kummissjoni inventarju tal-infiq u tagħmel talba għall-ħlas għal kull programm operazzjonali. L-awtorità għandha tiċċertifika wkoll in-nefqa preċiża tal-finanzjament u tivvaluta l-konformità mar-regoli u r-regolamenti rilevanti tal-UE.

Jekk ikun hemm problema - identifikata permezz tad-diskrepanzi fil-kontijiet jew permezz ta’ spezzjonijiet mill-Kummissjoni jew korpi oħra - l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni trid tissorvelja l-irkupru tal-finanzjament. Jekk meħtieġ, se tintuża s-sistema ġudizzjarja lokali biex tgħin tinforza l-proċess ta’ rkupru.

Aktar informazzjoni