Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

INTERACT

INTERACT 2014-2020 joffri għajnuna lill-partijiet interessati li jkunu qed jimplimentaw programmi ffinanzjati mill-UE taħt l-'għan ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea tal-politika ta’ koeżjoni.

INTERACT jipprovdi pariri dwar il-ġestjoni u l-implimentazzjoni, jappoġġja l-organizzazzjoni ta’ seminars tematiċi u jxerred eżempji ta’ prattika tajba.

INTERACT jgħin l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali. Dawn jinkludu l-awtoritajiet maniġerjali, is-segretarjati tekniċi konġunti, il-punti ta’ kuntatt nazzjonali, u l-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni u tal-awditjar. Il-programm ikopri l-Istati Membri kollha tal-UE, flimkien man-Norveġja u l-Isvizzera.