Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Għotjiet globali

L-għotjiet globali jgħinu organizzazzjonijiet żgħar mhux governattivi u organizzazzjonijiet tal-komunità, biex jiksbu appoġġ mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR).

Normalment, gruppi bħal dawn isibuha diffiċli li jaċċessaw il-finanzjament tal-FSE direttament. L-għotjiet globali jagħtuhom opportunità biex jitfgħu offerti għal finanzjament fuq skala żgħira (madwar EUR 15 000) biex imexxu proġetti li jgħinu lil persuni żvantaġġati jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol. Il-proċess tal-applikazzjoni huwa ssimplifikat u amministrat bl-inqas burokrazija possibbli.

Il-korpi intermedjarji bħall-awtoritajiet reġjonali, l-assoċjazzjonijiet tal-iżvilupp reġjonali u l-NGOs jiġġestixxu u jimplimentaw l-għotjiet globali. L-intermedjarju inkwistjoni huwa maħtur mill-Istat Membru rilevanti jew l-awtorità reġjonali bi qbil mal-Kummissjoni Ewropea.