Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Frodi

Minbarra li hija parti mill-isforzi ġenerali kontra l-kriminalità organizzata, il-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni tinvolvi wkoll il-ġlieda kontra attivitajiet illegali li jaffettwaw ħażin l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (UE). Din hija bbażata fuq żewġ bażijiet legali:

  • L-Artikoli 67, 82 u 87 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u ġudizzjarja fuq kwistjonijiet kriminali
  • L-Artikoli 310, 324 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropean, li jikkonċernaw attivitajiet li jaffettwaw l-'interessi finanzjarji tal-UE

L-interesi finanzjarji tal-UE huma mħarsa minn sensiela ta’ regolamenti kontra l-frodi, kif ukoll mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), korp indipendenti li għandu l-kompitu li jiġġieled il-frodi sa minn Ġunju 1999. OLAF huwa responsabbli għat-twettiq ta' investigazzjonijiet amministrattivi kontra l-frodi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet legali u amministrattivi tal-Istati Membri, inklużi s-servizzi ta’ investigazzjoni u l-pulizija.