Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT).

Ir-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali għandhom l-għan li jiffaċilitaw u jippromwovu l-kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali fl-UE. Il-kompiti tagħhom jinkludu l-implimentazzjoni ta’ programmi li huma kofinanzjati mill-UE jew kwalunkwe proġett ta’ kooperazzjoni transfruntiera Ewropew ieħor.

Bħala entitajiet ġuridiċi, ir-REKT ilaqqgħu flimkien awtoritajiet minn Stati Membri differenti. Il-membri tagħhom jistgħu jinkludu l-Istati Membri tal-UE stess, awtoritajiet reġjonali jew lokali, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe korp pubbliku ieħor. Ir-REKT jista’ jkun fihom membri minn tal-anqas żewġ Stati Membri tal-UE.