Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jappoġġja l-politika Ewropea dwar l-iżvilupp rurali. Għal dan il-għan, dan jiffinanzja programmi ta’ żvilupp rurali madwar l-Istati Membri u r-reġjuni tal-Unjoni. Il-programmi huma mfassla f’kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, u jqisu l-linji gwida strateġiċi għall-politika tal-iżvilupp rurali adottati mill-Kunsill u l-prijoritajiet stabbiliti mill-pjanijiet ta’ strateġija nazzjonali.

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-20, għall-ewwel darba, il-FAEŻR huwa inkluż speċifikament fil-qafas tal-politika tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u soġġett għar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni (1303/2013).

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-20, il-Fond jiffoka fuq tliet objettivi ewlenin:

  • li jrawwem il-kompetittività tal-agrikoltura
  • li jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, u azzjoni klimatika
  • li jikseb żvilupp territorjali bilanċjat tal-ekonomiji u l-komunitajiet rurali inkluż il-ħolqien u ż-żamma tal-impjieg.

Il-politika ta’ koeżjoni għandha wkoll rwol prinċipali fl-appoġġ tar-riġenerazzjoni ekonomika taż-żoni rurali, billi tikkumplimenta l-azzjonijiet appoġġjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.