Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Eliġibbiltà tal-infiq

Il-kriterji għall-eliġibbiltà tal-infiq jiddeterminaw jekk spiża tikkwalifikax għall-finanzjament taħt il-Fondi Strutturali u ta‘ Investiment Ewropej (FSIE), – il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali , u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

Ir-Regolament li jimplimenta dispożizzjonijiet komuni (1303/2013) jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin dwar l-eliġibbiltà tal-infiq fil-livell Ewropew biex jiżgura l-konsistenza bejn ir-regoli implimentati fl-Istati Membri. Il-kriterji dettaljati huma stabbiliti fil-livell nazzjonali.

Sabiex element ta’ nefqa jkun eliġibbli għall-finanzjament, prerekwiżit wieħed huwa li dan irid ikun tħallas bejn id-data ta’ sottomissjoni tal-programmi operazzjonali lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Jannar 2014 (skont liema tiġi qabel) u l-31 ta’ Diċembru 2023

L-ispejjeż eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fil-programmi taħt l-objettiv tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea jinkludu l-ispejjeż finanzjarji u l-ispejjeż ta’ garanzija, kif ukoll l-infiq mill-awtoritajiet pubbliċi relatat mal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. Il-Kummissjoni adottat ukoll lista ta’ elementi ta’ nefqa li mhumiex eliġibbli għall-kontribuzzjonijiet mill-FEŻR, l-FSE jew il-Fond ta’ Koeżjoni, bħall-imgħax fuq id-dejn u t-taxxa fuq il-valur miżjud rekuperabbli.