Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Il-Fond ta’ Koeżjoni

Sa mill-1994, il-Fond ta’ Koeżjoni ntuża biex jagħti appoġġ lill-ifqar reġjuni tal-Ewropa u jistabbilizza l-ekonomiji tagħhom bil-għan li jippromwovi t-tkabbir, l-impjieg u l-iżvilupp sostenibbli. Il-Fond jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ miżuri ambjentali u netwerks trans-Ewropej tat-trasport - b’mod partikolari proġetti ta’ prijorità għolja ta’ interess Ewropew - fit-13-il Stat Membru li ssieħbu fl-UE sa mill-2004, kif ukoll fil-Greċja u l-Portugall. Il-Fond ta’ Koeżjoni jista’ jintuża wkoll biex jiffinanzja l-prijoritajiet tal-'politika ta’ protezzjoni ambjentali tal-UE.

L-Istati Membri li għandhom Dħul Nazzjonali Gross (DNG) għal kull abitant taħt id-90 % tal-medja tal-UE huma eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni. Il-limitu massimu għall-kontribuzzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni' lin-nefqa pubblika fl-Istati Membri huwa stabbilit għal 85 %. Il-baġit għall-Fond ta’ Koeżjoni jiswa madwar EUR 75 biljun (prezzijiet tal-2014) għall-perjodu 2014-2020.

Aktar informazzjoni