Glossarju

 Għodod addizzjonali

 

    A-Z 
  • A 
  • B 
  • C 
  • D 
  • E 
  • F 
  • G 
  • I 
  • M 
  • N 
  • O 
  • P 
  • R 
  • S 
  • T 
  • U 

Baġit

L-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu għal baġit tal-UE komuni sabiex jilħqu objettivi komuni.

L-Istati Membri jikkontribwixxu direttament fuq il-bażi tad-dħul nazzjonali gross (DNG) tagħhom. Id-dazji doganali u r-riċevuti tal-VAT jipprovdu dħul addizzjonali. Il-limitu massimu tal-baġit fil-preżent huwa stabbilit għal 1,23  % tal-UE DNG.

F’termini tal-proċedura tal-baġit, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi abbozz ta’ baġit li jirrifletti l-objettivi prinċipali tal-politika tal-UE bħat-tkabbir u l-impjiegi, ir-riċerka, it-tibdil fil-klima u l-enerġija. L-Istati Membri mbagħad jidħlu f’negozjati mal-Parlament Ewropew sabiex jemendaw l-abbozz u jadottaw il-baġit. Il-Kummissjoni hija responsabbli wkoll biex tiżgura li l-baġit tal-UE jintnefaq skont ir-'Regolament Finanzjarju tal-UE.

Il-qafas tal-baġit attwali jkopri l-perjodu 2014-2020; il-pjanijiet tal-baġit annwali jagħtu dettalji speċifiċi dwar l-infiq. Matul dan il-perjodu, il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni sejrin jirċievu madwar 32,5  % tal-baġit globali, ekwivalenti għal madwar EUR  351,8  biljun (fil-prezzijiet tal-2014).