Kompetittività tal-SME

L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju huma vitali għall-ekonomija tal-UE, u jammontaw għal iżjed minn 99 % tan-negozji Ewropej u żewġ terzi tal-impjiegi fis-settur privat.

It-titjib tal-kompetittività tal-SMEs huwa wieħed mill-11-il objettiv tematiku għall-Politika ta’ Koeżjoni fl-2013-2020, iżda l-SMEs huma appoġġjati wkoll minn objettivi tematiċi oħrajn, b’mod partikolari r-riċerka u l-innovazzjoni, l-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. B’aktar minn EUR 65 biljun jew madwar 20% tal-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) li huma ddedikati b’mod espliċitu għall-SMEs, il-FEŻR huwa wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ appoġġ għall-istrateġija l-ġdida tal-SMEs biex titrawwem “ekonomija li taħdem għan-nies”. L-użu akbar ta’ strumenti finanzjarji li jimmobilizzaw fondi reġjonali, nazzjonali u tal-UE addizzjonali matul il-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020 huwa ta’ benefiċċju għall-SMEs ukoll.

Dawn l-investimenti sejrin jgħinu l-SMEs biex:

  • Jaċċessaw il-finanzi għall-investimenti permezz ta’ għotjiet, self, garanziji fuq self, kapital ta’ riskju, eċċ.
  • Jibbenefikaw minn appoġġ tan-negozju mmirat, eż. għarfien u pariri, informazzjoni u opportunitajiet ta’ netwerking, sħubiji transfruntieri.
  • Itejbu l-aċċess tagħhom għal swieq globali u ktajjen b’valur internazzjonali
  • Jisfruttaw sorsi ġodda ta’ tkabbir bħall-ekonomija ekoloġika, it-turiżmu sostenibbli, is-servizzi tas-saħħa u soċjali inkluża l-“ekonomija tal-anzjani” u l-industriji kulturali u kreattivi
  • Jinvestu fil-kapital uman u fl-organizzazzjonjiet li jipprovdu edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali orjentati lejn il-prattika
  • Joħolqu konnessjonijiet ma’ ċentri tar-riċerka u universitajiet biex jippromwovu l-innovazzjoni
  • Il-ħolqien u l-espansjoni ta’ negozji ġodda

Regoli u miżuri ġodda simplifikati u komuni jagħmluha aktar faċli għall-SMEs biex ikollhom aċċess għall-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni fl-2014-2020. Dawn jinkludu:

  • rapportar online tal-mod kif il-Fondi qed jintużaw
  • regoli aktar ċari dwar l-eliġibbiltà
  • awditjar aktar immirat u inqas frekwenti għal operazzjonijiet żgħar
  • kamp ta’ applikazzjoni usa’ u simplifikazzjoni tal-istabbiliment u l-aċċess għal strumenti finanzjarji

Ara l-evalwazzjoni ex post tal-appoġġ tal-FEŻR 2007-2013 għall-SMEs

Iż-żieda fl-investiment fl-SMEs fl-2014-2020 se tibni fuq il-kisbiet tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE matul il-perjodu ta’ finanzjament tal-2007-2013:

  • Aktar minn 95 000 negozju li jkun għadu kemm jiftaħ mogħtija appoġġ
  • Aktar minn 300 000 impjieg maħluqa fl-SMEs

 

Thematic Objective: 3 SME competitiveness by Country for 2014-2020

Breakdown Of The Available Funds By Thematic Objective By MS For 2014-2020