L-Irlanda ta’ Fuq: Il-Programm ta’ Paċi
Il-Programm PAĊI III (2007-2013) huwa programm distint ta' fondi strutturali tal-UE. Għandu bħala għan li jsaħħaħ il-progress lejn soċjetà paċifika u stabbli, u li jippromwovi r-rikonċiljazzjoni fl-Irlanda ta' Fuq u fir-Reġjun Konfinali tal-Irlanda.
Il-Programm jaqa' taħt l-għan tal-Koperazzjoni Territorjali Ewropea. Għandu baġit totali ta' € 333 miljun li € 225 miljun minnhom ġejjin mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Huwa jkopri l-Irlanda ta' Fuq u r-Reġjun Konfinali tal-Irlanda (inklużi l-kontei ta' Cavan, Donegal Leitrim, Louth, Monaghan u Sligo).
Il-programm PAĊI III huwa ġestit mill - Korp ta' Programmi Speċjali tal-UE .
Il-Programm għandu żewġ prijoritajiet:
Prijorità 1: Rikonċiljazzjoni tal-komunitajiet
Din għandha bħala għan li tisfida l-attitudnijiet lejn is-settariżmu u r-razziżmu u li tappoġġja s-solvien ta' kunflitti u l-medjazzjoni fil-livell tal-komunità lokali. Hija tappoġġja l-implimentazzjoni ta' mudelli strateġiċi ta' kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi, privati u komunitarji li jiffukaw fuq ir-rikonċiljazzjoni, id-diversità kulturali u l-ugwaljanza. Għandha bħala għan li tistabbilixxi inizjattivi transkomunitarji u transkonfinali sinifikanti li jtejbu l-fiduċja u t-tolleranza, u jnaqqsu l-livelli ta' settariżmu u razziżmu.
Prijorità 2: Kontribuzzjoni għal soċjetà komuni
Din timmira li ġġib ir-riġenerazzjoni taż-żoni urbani, rurali u konfinali li jidhru mitluqin, issegregati, sottoużati, ta' theddida u/jew ta' skumdità u t-trasformazzjoni tagħhom fi spazji komuni. L-intervent ifittex li jindirizza l-problemi ta' separazzjoni tal-komunitajiet fi ħdan is-soċjetà u jindirizza l-problemi bażi tas-settariżmu, ir-razziżmu u l-preġudizzju billi jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' ambjenti fiżiċi li mhumiex 'immarkati' b'simboli li jiddefinixxuh bħala territorju ta' parti waħda tal-komunità iżda bħala wieħed miftuħ għal u li jilqa' lil kulħadd.
Task Force tal-Irlanda ta' Fuq
Inizjattiva importanti għall-Irlanda ta' Fuq min-naħa tal-Kummissjoni ħadet il-forma tal-ħolqien ta' Task Force tal-Irlanda ta' Fuq (NITF - Northern Ireland Task Force). L-oriġini tagħha jinsabu fil-ftehim għall-istabbiliment mill-ġdid tal-arranġamenti ta' kondiviżjoni tas-setgħa fl-Irlanda ta' Fuq, f'Mejju 2007 li invovla liż-żewġ partiti politiċi ewlenin. Il-President tal-Kummissjoni, Barroso kien l-ewwel figura politika internazzjonali anzjan li żar lil dak li kien il-Prim Ministru l-ġdid, is-Sur Ian Paisley u l-Viċi Prim Ministru tiegħu, Martin McGuinness. Offra li jistabbilixxi Task Force fi ħdan il-Kummissjoni sabiex din teżamina kif l-Irlanda ta' Fuq tista' tibbenefika aktar minn politiki tal-UE, u kif hija tista' tipparteċipa b'mod aktar attiv fil-proċess politiku tal-UE sabiex tiġi ġġenereta aktar prosperità. Huwa u jikteb fir-rivista tal-Parlament Ewropew sena wara, il-President Barroso qal li, "... fir-reġjun għadu jinħass l-effett tal-perjodu ta' kunflitt: dipendenza għolja fuq is-settur pubbliku, tendenza kontra t-teħid ta' riskji, livell baxx ta' intraprenditorija b'investiment baxx fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-perċezzjoni persistentament negattiva tar-reġjun għall-investituri internazzjonali, għalkemm dan jidher li biċ-ċar qed jinbidel kif ukoll proporzjon għoli tal-popolazzjoni li tidher mhux involuta fid-dinja tax-xogħol". B'hekk, huwa qal li t-Task Force sejra tpoġġi emfażi "fuq li tgħin lir-reġjun biex jiġġenera aktar tkabbir u impjiegi, u b'dan il-mod sabiex joħloq aktar opportunitajiet ekonomiċi għan-nies tiegħu sabiex jissaħħaħ il-proċess tal-paċi".
L-NTIF ħadmet fi ħdan il-Kummissjoni taħt l-awtorità tal-Kummissarju għall-Politika Reġjonali u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Irlanda ta' Fuq. Hija espandiet tul is-snin u llum hija magħmula minn rappreżentanti tas-17-il Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (DĠs) li għandhom rwol fit-tħaddim tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku fl-usa' sens tiegħu (l-Agrikoltura, l-Azzjoni Favur il-Kima, il-Politika dwar il-Kompetizzjoni, in-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet u t-Teknoloġiji tal-Komunikazzjonijiet, l-Edukazzjoni u l-Kultura, l-Enerġija, l-Intrapriża, l-Ambjent, is-Saħħa u l-Konsumaturi, l-Affarijiet Interni, il-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Iżvilupp, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, it-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, it-Trasport flimkien mal-Politika Reġjonali u Urbana u s-Segretarjat Ġenerali). Hija ġestita fuq il-bażi ta' kuljum mid-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana. Il-Bank Ewropew tal-Investiment jipparteċipa wkoll fil-laqgħat tat-Task Force. L-NTIF hija ppreseduta u amministrata minn Ronnie HALL, il-Konsulenti Prinċipali, REGIO.
L-eżistenza tat-Task Force tirrappreżenta l-ewwel waħda għall-Kummissjoni f'termini tal-formazzjoni ta' sħubija mill-qrib speċifikament ma' reġjun wieħed li tkopri bosta oqsma politiċi ewlenin. Kuntatti informali, skambju ta' informazzjoni u laqgħat konġunti kkontribwew għall-istabbiliment ta' relazzjoni ta' fiduċja bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-amministrazzjoni tal-Irlanda ta' Fuq.
Ir-Rapport tat-Task Force tal-Irlanda ta' Fuq
F'April 2008, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar ix-xogħol tagħha taħt l-NITF
, li stabbilixxa numru ta' ideat u punti li għandhom jiġu esplorati mill-Irlanda ta' Fuq fl-oqsma politiċi differenti. L-Irlanda ta' Fuq laqgħet ir-rapport b'mod favorevoli ħafna, u rreaġġixxiet billi fasslet pjan ta' azzjoni tagħha sabiex timplimenta s-suġġerimenti offruti. L-azzjonijiet koprew firxa ta' oqsma li inkludew il-kooperazzjoni transnazzjonali u transfruntiera, netwerking (inkluż netwerk ta' PEACE u netwerks ta' innovazzjoni ma' reġjuni oħrajn fl-Ewropa), l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ħolqien u ż-żamma ta' opportunitajiet ta' impjiegi u l-iżvilupp ta' ħiliet, fuql-investiment fir-riċerka u l-appoġġ lill-intrapriżi.
Mas-snin, l-NTIF ħadmet bis-sħiħ, ta' spiss wara l-kwinti għall-istorja politika usa' fir-reġjun, hekk kif l-istituzzjonijiet il-ġodda u r-rappreżentanti politiċi ngħaqdu flimkien u stabbilixxew relazzjonijiet ta' ħidma. Meta ltaqa' mal-Prim Ministru l-ġdid, Peter Robinson, u l-Viċi Prim Ministru, Martin McGuinness, fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2010, il-President Barroso reġa' afferma l-impenn tal-Kummissjoni Ewropew lejn l-Irlanda ta' Fuq. Aqra d-dikjarazzjoni maħruġa wara l-laqgħa.
Konferenza ta' PEACE Jannar 2013
Avveniment maġġuri organizzat fuq inizjattiva tal-Kummissarju Hahn kienet il-Konferenza ta' PEACE fi Brussell, 31 ta' Jannar 2013. Wara żjara uffiċjali fir-reġjun, fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Peace Bridge f'Derry/Londonderry, iffinanzjat mill-programm PEACE, il-Kummissarju Hahn qal li "jixtieq iġib l-esperjenza tagħhom fi Brussell. Irrid l-akbar udjenza possibbli għall-kisbiet tagħhom - l-ewwelnett minħabba li jixraqilhom ir-rikonoxximent tagħna u l-grazzi tagħna, iżda wkoll minħabba li jiena nemmen li partijiet oħrajn tad-dinja jistgħu itgħallmu mix-xogħol tagħhom".
Huwa qal li huwa baqa' "impressjonat bin-nies" li ltaqa' magħhom f'dak il-vjaġġ. "Nies miż-żewġ komunitajiet li kienu tilfu persuni għeżież għalihom, u li jġarrbu l-feriti fiżiċi u mentali tal-inkwiet. L-istejjer tagħhom jibqgħu f'moħħok. L-istess nies li ftit tas-snin ilu xtaqu li jagħmlu biss deni lil xulxin, issa qegħdin jaħdmu id f'id sabiex jibnu futur ġdid flimkien. L-impenn passjonat tagħhom u d-determinazzjoni tant kbira tagħhom huma tassew ta' min ifaħħarhom".
Huwa kompla, "Huwa tribut għal dawk li ħadmu fuq il-programmi ta' PEACE, li diġà ntwera interess minn madwar id-dinja kollha fil-kisbiet tiegħu: mir-Russja, il-Palestina, il-Balkani, il-Kolombja, il-Korea t'Isfel. Din xi ħaġa li wieħed għandu jkun kburi biha". Aqra d-diskors sħiħ.
Ċentru Ġdid tal-Bini tal-Paċi u ta' Rikonċiljazzjoni Wara Kunflitti?
L-Irlanda ta’ Fuq issa qed tgħin lil partijiet oħra tad-dinja li ħerġin minn sitwazzjonijiet ta’ kunflitt permezz tal-esportazzjoni tal-għarfien li nkiseb fil-qasam tal-konsolidazzjoni tal-paċi u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti. Taħt il-programm PEACE, 2007-2013, saru preparazzjonijiet għal Ċentru Ġdid tal-Bini tal-Paċi u ta’ Rikonċiljazzjoni Wara Kunflitti (PbCRC) mibni apposta. Iċ-Ċentru kellu jipprovdi faċilitajiet f’post wieħed lid-dinja inġenerali għal: l-iskambju internazzjonali, l-esportazzjoni tal-esperjenzi fil-qasam tar-reġjuni li jkunu ħerġin minn sitwazzjonijiet ta’ kunflitt; l-edukazzjoni u r-riċerka, l-appoġġ għal studji u riċerka u l-għoti ta’ konferenzi, workshops u skejjel tas-sajf; spazju għall-wirjiet u arkivju b’wirjiet permanenti u temporanji relevanti għall-esperjenza tas-sezzjonijiet kollha tal-popolazzjoni; faċilitajiet kondiviżi u spazju għall-organizzazzjonijiet li jaħdmu fir-relazzjonijiet komunitarji u l-konsolidazzjoni tal-paċi.
L-idea tal-PBCRC oriġinarjament ġiet inkluża fir-rapport tal-Kummissjoni tal-NITF tal-2008. Dak iż-żmien, il-President Barroso qal li huwa baqa’ “impressjonat bix-xewqa tal-mexxejja politiċi tar-reġjun li jagħtu xi ħaġa lura lill-Ewropa, pereżempju, billi jiżviluppaw faċilità għar-riżoluzzjoni ta’ kunflitti, li tipprovdi sors ta’ pariri għal partijiet oħrajn tal-Ewropa, u għall-bqija tad-dinja li jkunu għaddejjin minn diviżjonijiet fil-komunità”.
It-tim inkarigat mit-tfassil tal-PBCRC inħatar f’Ġunju 2012 u kien jinkludi lil Studio Daniel Libeskind (SDL) New York. Daniel Libeskind kellu jara li l-iżvilupp tad-disinn miexi sew, pass sinifikanti ferm fl-istabbiliment tal-istatus internazzjonali taċ-Ċentru l-ġdid propost. SDL wettqu proġetti madwar id-dinja kollha u kisbu reputazzjoni dinjija għall-iżvilupp ta’ binijiet ta’ sinifikat. Il-proġett tal-PbCRC ma mexiex skont il-pjan oriġinali u ġie rtirat mill-programm PEACE fl-2013. Il-futur tiegħu huwa marbut mal-iżviluppi fis-sitwazzjoni politika iktar wiesgħa fl-Irlanda ta’ Fuq u ma jistax jiġi eskluż li dan jista’ jingħata l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm PEACE 2014-2020.
New Task Force report (October 2104): Northern Ireland in Europe: Report of the European Commission's Northern Ireland Task Force 2007-2014
At the request of President Barroso, a new report of the NITF has been published. It presents the results of the partnership between the Commission and the authorities in the region in the promoton of new opportunities for growth and jobs. The report attests to a process of progressive integration over the past 7 years on the part of Northern Ireland into the European Union's main policies, programmes and projects. In his introduction to the Report, the President said: "Over the past sixty years, the European project has shown that it is possible for peoples and nations to come together across communities and across borders. There is no more striking modern example of this in Europe than that which has occurred both within Northern Ireland, and in its relations with its neighbours to the south. Northern Ireland can count on the European Commission in its efforts to ensure lasting peace and prosperity".
Report of the European Commission's Northern Ireland Task Force 2007-2014
Temi
- Riċerka u innovazzjoni
- Teknoloġija tal-informazzjoni u tal-kommunikazzjoni
- Kompetittività tal-SME
- Ekonomija b’karbonju baxx