Tkabbir tal-UE

L-Istrument ta' Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) jeżisti biex jgħin lill-pajjiżi li mhumiex tal-UE li jixtiequ jingħaqdu mal-Unjoni biex iħejju lis-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħhom għas-sħubija. Il-fond hu aċċessibbli għal għadd ta' pajjiżi tal-Balkani kif ukoll għat-Turkija, u hu strument importanti fil-politika barranija tal-UE.

B'mod speċifiku, l-IPA jgħin lill-pajjiżi kandidati u potenzjali jibnu l-istituzzjonijiet, jiżviluppaw is-soċjetà ċivili u jagħmlu r-riformi ekonomiċi u amministrattivi.

Għalkemm l-IPA hu strument tal-politika barranija, hu kkunsidrat ukoll bħala parti speċjali tal-politika reġjonali peress li hu mmirat għall-Istati membri potenzjali tal-UE.