Amministrazzjoni pubblika effiċjenti

Il-finanzjament tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE jinvesti fil-bini tal-kapaċità istituzzjonali u fir-riformi taħt l-"Objettiv tematiku 11" (għal-lista sħiħa tal-11-il objettiv tematiku għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020, ara hawn) u taħt l-Għajnuna Teknika għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni tal-fondi.

 Għodod addizzjonali

 

Objettiv tematiku 11

L-għan huwa li jinħolqu istituzzjonijiet li huma stabbli u prevedibbli, iżda wkoll flessibbli biżżejjed biex jirreaġixxu għall-isfidi soċjetali, miftuħin għad-djalogu mal-pubbliku u li kapaċi jintroduċu soluzzjonijiet politiki ġodda u jipprovdu servizzi aħjar. . L-investiment fl-istrutturi, fil-kapital uman u fis-sistemi u fl-għodda tas-settur pubbliku huwa orjentat lejn proċessi organizzattivi aktar effiċjenti, ġestjoni moderna, ħaddiema taċ-ċivil immotivati u mħarrġa.

Appoġġ għar-riformi tal-amministrazzjoni pubblika permezz tal-Politika ta' Koeżjoni huwa relatat mar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi tal-Pajjiż, Programmi ta' Aġġustament Ekonomiku (fejn applikabbli) u Programmi ta' Riforma Nazzjonali.

Thematic Objective 11: Efficient public administration by Country for 2014-2020

Breakdown Of The Available Funds By Thematic Objective By MS For 2014-2020

Azzjonijiet ewlenin tal-Fond Soċjali Ewropew:

Investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi (fil-livelli kollha tal-gvern) għall-għanijiet ta’ riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba:

  • riformi għall-iżgurar ta' leġiżlazzjoni aħjar, sinerġiji aħjar bejn il-politiki u ġestjoni effettiva tal-politiki pubbliċi, u trasparenza, integrità u kontabilità aħjar fl-amministrazzjoni pubblika u infiq tal-fondi pubbliċi;
  • żvilupp u implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-politiki dwar ir-riżorsi umani;
  • titjib tal-effiċjenza tas-servizzi amministrattivi;

Il-bini tal-kapaċità għal dawk kollha b'interess li jimplimentaw il-politiki dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa u dawk soċjali, u patti settorjali u territorjali għall-mobilizzazzjoni għal riforma fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali:

  • titjib tal-kapaċità ta' dawk kollha b'interess, bħall-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, sabiex dawn ikunu megħjunin iwasslu b'mod aktar effettiv il-kontribuzzjoni tagħhom fil-politiki tal-impjiegi, l-edukazzjoni u dawk soċjali;
  • l-iżvilupp ta' patti settorjali u territorjali fl-oqsma tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, is-saħħa u l-edukazzjoni fil-livelli territorjali kollha.

Azzjonijiet ewlenin tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali:

  • It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-FERŻ u f'appoġġ ta' azzjonijiet f'kapaċità istituzzjonali u fl-amministrazzjoni pubblika effiċjenti appoġġati mill-FSE, inkluż fejn ikun hemm bżonn l-għoti ta' apparat u infrastruttura bħala appoġġ għall-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi f'oqsma bħalma huma l-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-politiki soċjali u d-dwana.
  • Kapaċità amministrattiva relatata mal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea tista' tiġi ffinanzjata wkoll

Azzjonijiet ewlenin għall-Fond ta' Koeżjoni:

  • Tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni.

Għajnuna Teknika

Apparti investimenti f'amministrazzjoni pubblika effiċjenti taħt l-Objettiv tematiku 11, l-għajnuna teknika hija magħmula disponibbli lill-awtoritajiet li jamministraw u li jużaw il-Fondi ESI sabiex tgħinhom iwettqu l-kompiti assenjati lilhom taħt il-varji Regolmenti dwar Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ESI).

Għajnuna teknika tappoġġa wkoll azzjonijiet imfasslin sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, azzjonijiet sabiex isaħħu l-kapaċità tal-benefiċjarji li jużaw il-Fondi ESI kif ukoll sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-imsieħba relevanti.

Il-Kummissjoni nediet bosta inizjattivi sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-fondi, inkluż is-sistema ta' skambju TAIEX REGIO PEER 2 PEER u l-għoti ta' taħriġ għall-esperti mill-Istati Membri dwar ir-regoli u r-regolamenti tal-Fondi ESI u seminars dwar miżuri kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni relatati mal-ġestjoni tal-fondi.

Interventi ta' Għajnuna Teknika jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE biss (pereżempju, billi jissaħħew ir-riżorsi umani meħtieġa għall-ġestjoni tal-fondi, it-tqabbid ta' konsulenti għal studji, preparazzjoni ta' proġetti jew attivitajiet ta' monitoraġġ/evalwazzjoni, taħriġ, netwerking, eċċ.) u għaldaqstant hija limitata għall-perjodu tal-programm. Objettiv tematiku 11 għandu mira usa' u iktar fit-tul. Il-fokus huwa riforma ġenwina u tibdil sistemiku sabiex titjieb il-prestazzjoni intrinsika tal-amministrazzjoni pubblika b'mod indipendenti mill-ġestjoni tal-fondi tal-UE.

Links