Temi
Il-fondi tal-koeżjoni tal-UE jappoġġjaw proġetti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma.
Il-fondi tal-politika tal-koeżjoni għall-2014-2020 huma kkonċentrati fuq ħdax-il objettiv tematiku. Erbgħa minn dawn huma prijoritajiet ewlenin għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Barra minn hekk, l-UE tiffinanzja proġetti f’firxa ta’ oqsma oħra, u tappoġġja r-reġjuni l-aktar vulnerabbli.
Objettivi tematiċi għall-FERŻ
Aqra iktar dwar il-prijoritajiet ewlenin għall-appoġġ mill-fondi tal-politika reġjonali:
- Riċerka u innovazzjoni
- Teknoloġija tal-informazzjoni u tal-kommunikazzjoni
- Kompetittività tal-SME
- Ekonomija b’karbonju baxx
Stati Membri u reġjuni għandhom jallokaw ċertu sehem tal-fondi tal-FERŻ lil mill-inqas tnejn minn dawn il-prijoritajiet ewlenin:
- Mill-inqas 80% tal-fondi tal-FERŻ għal reġjuni aktar żviluppati
- Mill-inqas 60% tal-fondi tal-FERŻ għal reġjuni fi tranżizzjoni
- Mill-inqas 50% tal-fondi tal-FERŻ għal reġjuni inqas żviluppati.
Objettivi tematiċi oħrajn
Sir af aktar fuq fondi għas-seba' objettivi tematiċi l-oħrajn li baqa’:
- It-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskji
- L-ambjent u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi
- It-trasport u netwerks tal-enerġija
- L-impjiegi u s-suq tax-xogħol
- L-inklużjoni soċjali
- Edukazzjoni u taħriġ
- Amministrazzjoni pubblika aħjar
Aktar oqsma ta’ attività
Barra minn hekk, il-fondi tal-koeżjoni tal-UE jappoġġaw proġetti f’dawn l-oqsma li ġejjin, b’hekk jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropea 2020 għall-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv:
Nindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi ta' ċertu reġjuni u komunitajiet
L-UE qed tagħmel sforzi speċifiċi biex tappoġġja ċerti kategoriji ta' reġjuni u komunitajiet: