#EUinmyregion 2019 - Studji tal-każ fuq vidjow

 Għodod addizzjonali

 

Ibgħat ritratt u filmati tal-proġett tiegħek, u tingħata vidjow ta’ minuta

20 proġett se jkollhom iċ-ċans li jirbħu vidjow magħmul minn video-makers professjonali. Dawn l-istudji tal-każijiet fuq vidjow ta’ minuta se jispjegaw fuq x’hiex inhu l-proġett, u jistgħu faċilment jiġu xxerjati fuq websajt jew fuq il-midja soċjali. L-istoryboard għandha timxi mal-passi elenkati hawn taħt. Dan l-iskript, ipprovdut mill-awtorità tal-proġett/amministrattiva, se jintwera f’vidjow qasir bħal dan:





L-applikanti għandhom jibagħtu permezz ta’ wetransfer:

  • 5-10 ritratti ta’ kwalità għolja li juru l-proġett, il-kuntest tiegħu, potenzjalment in-nies involuti
  • Jekk ikun possibbli, xi footage fuq vidjow (ta’ kwalità professjonali - evita ġbid b’format vertikali fuq smartphone).
  • L-iskripts f’7 passi, b’sentenzi qosra (li ma jaqbżux il-15-20 kelma) għandhom jintbagħtu lil info@euinmyregion.eu bis-suġġett “EUinMyRegion video

  1. Problema: problema tal-bidu indirizzata: “Il-politika ta’ koeżjoni mhijiex diskussa / dibattuta / mifhuma biżżejjed fuq livell lokali”.
  2. Speċifitajiet: x% biss tar-rappreżentanti lokali eletti jqisu l-Politika ta’ Koeżjoni bħala għodda ewlenija għall-implimentazzjoni tal-politiki fuq livell lokali.
  3. Għarfien: verità li tagħtik l-opportunità li tmiss lill-udjenza tiegħek emozzjonalment.
  4. Soluzzjoni: preżentazzjoni tas-soluzzjoni prevista
  5. Kif jaħdem: X’kien ir-riżultat?
  6. Provi: xhieda ta’ parteċipanti
  7. Viżjoni: slogan dwar il-futur tal-proġett