Inforegio-Newsroom

 Għodod addizzjonali

 
  • Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali: għal żoni rurali tal-UE aktar b'saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi

    30/06/2021

    Illum il-Kummissjoni Ewropea ressqet viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE, li tidentifika l-isfidi u t-tħassib li qed jiffaċċjaw, kif ukoll tenfasizza wħud mill-aktar opportunitajiet promettenti li huma disponibbli għal dawn ir-reġjuni. Abbażi ta' prospettivi u konsultazzjonijiet wiesgħa maċ-ċittadini u ma' atturi oħra fiż-żoni rurali, il-Viżjoni tal-lum tipproponi Patt Rurali u Pjan ta' Azzjoni Rurali, li għandhom l-għan li jagħmlu ż-żoni rurali tagħna aktar b'saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi.

    NextGenerationEU: Il-Kummissjoni tgħaddi EUR 800 miljun mill-ewwel pagamenti biex tinkoraġġixxi l-irkupru u r-reżiljenza tal-kriżi

    28/06/2021

    Illum il-Kummissjoni żborżat EUR 800 miljun f'pagamenti permezz ta' NextGenerationEU, l-istrument temporanju biex jiffinanzja l-irkupru tal-Ewropa u jinkoraġġixxi ekonomija aktar ekoloġika, aktar diġitali u reżiljenti wara l-pandemija.

    Il-Kummissjoni sodisfatta bl-adozzjoni ta' pakkett leġiżlattiv għall-Politika ta' Koeżjoni 2021-2027 ta' EUR 373 biljun

    25/06/2021

    Il-Kummissjoni Ewropea sodisfatta bl-adozzjoni tal-ftehimiet politiċi dwar il-pakkett leġiżlattiv għall-Politika ta' koeżjoni 2021-2027 ta' EUR 373 biljun mill-Parlament Ewropew u l-iffirmar tagħhom miż-żewġ koleġiżlaturi. Dan jimmarka l-pass finali tal-proċedura leġiżlattiva u jippermetti d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni ta' Koeżjoni fl-1 ta' Lulju.

    Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim politiku dwar REACT-EU

    18/11/2020

    Il-Kummissjoni llum laqgħet il-ftehim politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-UE fil-Kunsill dwar il-pakkett tal-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU). Dan huwa l-ewwel fajl tal-politika ta' koeżjoni li n-negozjati tat-trilogu tiegħu jiġu konklużi fl-istennija tal-approvazzjoni finali tat-testi legali mill-Plenarja tal-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Il-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira, qalet: “Nilqa'

    Il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE: Il-Kummissjoni tħabbar ir-rebbieħa tal-premjijiet tar-REGIOSTARS tal-2020

    14/10/2020

    Illum, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-2020 tal-Premjijiet REGIOSTARS li jippremjaw l-aħjar proġetti tal-politika ta' koeżjoni fl-Unjoni Ewropea kollha. Għall-ewwel darba, l-edizzjoni ta' din is-sena taċ-ċerimonja REGIOSTARS, li qed isseħħ matul it-18-il Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, hija kompletament diġitali. Sitt Kummissarji Ewropej ospitaw l-avveniment mill-bogħod: il-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira; il-Viċi President

    Daxxbord tal-Coronavirus: Ir-rispons tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għall-kriżi tal-coronavirus

    12/10/2020

    Illum, il-Kummissjoni tħabbar l-ewwel riżultati proviżorji tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) u tal-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus (CRII+). Mill-bidu tal-kriżi, u grazzi għall-flessibbiltà introdotta fil-Politika ta' Koeżjoni, l-UE mmobilizzat aktar minn EUR 13-il biljun f'investimenti biex tindirizza l-effetti tal-pandemija tal-coronavirus, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (

    Il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Il-Kummissjoni tagħti appoġġ finanzjarju lill-Kroazja wara terremot

    11/08/2020

    Illum il-Kummissjoni tħabbar l-ewwel żborż ta' għajnuna finanzjarja li jammonta għal €88.9 miljun permezz tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (FSUE) għall-Kroazja, wara t-terremot qerriedi li laqat lill-belt ta' Zagreb u l-inħawi tal-madwar fit-22 ta' Marzu 2020. Dan huwa kontribut għall-isforzi tal-pajjiż biex il-popolazzjoni tingħata assistenza, u biex l-infrastrutturi u s-servizzi essenzjali jerġgħu jiġu għal li kienu. Elisa Ferreira, il-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riform

    Il-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew: Rakkomandazzjonijiet għal rispons koordinat għall-pandemija tal-coronavirus

    20/05/2020

    Il-Kummissjoni llum ipproponiet rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (Country-Specific Recommendations, CSRs) li jipprovdu gwida ta' politika ekonomika lill-Istati Membri kollha tal-UE fil-kuntest tal-pandemija tal-coronavirus, b'enfasi fuq l-aktar sfidi urġenti li ġġib magħha l-pandemija u fuq li jiġi rilanċat it-tkabbir sostenibbli. Ir-rakkomandazzjonijiet huma strutturati madwar żewġ għanijiet: Fi żmien qasir, it-taffija tal-konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi gravi tal-pandemija tal

  •  Il-paġna preċedenti
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  •  Il-paġna li jmiss