Politika ta’ Koeżjoni: Il-Kummissjoni tħabbar ir-rebbieħa tal-premjijiet REGIOSTARS 2019

 Għodod addizzjonali

 
09/10/2019

Ir-rebbieħa tal-premjijiet annwali REGIOSTARS - li jiċċelebraw proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni mill-aqwa - tħabbru fi Brussell. U r-rebbieħa huma: 

Għall-Promozzjoni tat-trasformazzjoni diġitali (Kategorija 1): il-premju mar għand Energy Cells GR, proġett b’kooperazzjoni transkonfinali bejn il-Ġermanja, il-Belġju, Franza u l-Lussemburgu għal konsum tal-enerġija sostennibbli u produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u innovattiva fir-Reġjun Akbar.

CobBaugeminn Franza u r-Renju Unit, ingħata l-premju għal Ngħaqqdu l-aħdar, il-blu u l-griż (Kategorija 2), għall-iżvilupp ta’ materjal għall-ħitan permezz tal-ħamrija u l-fibri.

Il-premju għal “Niġġieldu l-inugwaljanzi u l-faqar” (kategorija 3) mar għand Good Support, mill-Polonja, pjattaforma online li tgħaqqad lill-abitanti tar-reġjun ta’ Zachodniopomorskie mas-servizzi soċjali lokali.

Climate Active Neighbourhoods (CAN), proġett konġunt Belġjan, Franċiż, Ġermaniż, Olandiż u tar-Renju Unit, ingħata l-premju f’kategorija 4, “Nibnu bliet reżiljenti għat-tibdil fil-klima”. Dan jippromwovi strateġiji mmexxija fuq livell lokali biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija għall-unitajiet domestiċi f’żoni urbani mċaħħda.

Għal “Nimmodernizzaw is-servizzi tas-saħħa” (Kategorija 5) il-premju mar għand Orsi Academy, mill-Belġju, ċentru tat-taħriġ u l-għarfien espert fil-qasam ta’ tekniki ġodda f’kirurġija bl-inqas mod invażiv u l-kirurġija robotika.

Fl-aħħar nett, il-premju magħżul mill-pubbliku ngħata lil CityWalk mill-Programm INTERREG Danubju, li jgħin lill-ibliet fir-Reġjun tad-Danubju jsiru postijiet aħjar fejn wieħed jista’ jimxi.

Premjijiet REGIOSTARS

Aħbarijiet