Il-konkors tal-blog #EUinmyRegion 2018: u r-rebbieħa huma...

 Għodod addizzjonali

 
12/09/2018

Radu Dumitrescu mir-Rumanija, li kiteb rendikont personali dwar il-proġett Erasmus+ Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ, Amaury Bisiaux minn Franza li vvjaġġat madwar l-Ewropa bil-ferrovija u ddeskriviet l-inizjattiva l-ġdida #DiscoverEU, u Mari Trini Giner minn Spanja li rrapportat fuq SMEs appoġġjati minn fondi reġjonali huma t-tliet rebbieħa tal-konkors tal-blogging #EUinmyRegion 2018. Radu, Amaury u Mari ser igawdu programm ta’ taħriġ twil tliet ġimgħat dwar il-komunikazzjonijiet tal-UE ġewwa Brussell f’Ottubru.

Il-120 blog post li ġew sottomessi fil-konkors ġew evalwati minn ġurija indipendenti magħmula minn ġurnalisti u esperti fil-komunikazzjoni. Il-punteġġi tagħhom ġew ikkombiinati mal-ammont ta’ voti li rċevew (kważi 15,000 b’kollox) u mal-attività tal-midja soċjali ta’ kull post sabiex jintgħażlu r-rebbieħa.

Rebbieħa:

1) Radu Dumitrescu (Ir-Rumanija)

2) Amaury Bisiaux (Franza)

3) Mari Trini Giner (Spanja)

Il-finalisti l-oħrajn

4) Micael Silva Sousa (Il-Portugall)

5) Fabrice Serodes (Il-Belġju)

6) Pavel Sinka (Ir-Rumanija)

7) Heidi Lusenius (Il-Finlandja)

8) Michele Valente (L-Italja)

9) Joan Llop (Spanja)

10) Hope Mutie (Il-Kenja)

Aħbarijiet