Il-Politika ta' Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea: ninvestu fir-Reġjuni u l-Bliet tiegħek

 Għodod addizzjonali

 
Il-Politika ta' Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea: ninvestu fir-Reġjuni u l-Bliet tiegħek

03:34 minutes / mp4

Niżżel

Kull sena, l-UE tinvesti miljuni ta' Euro fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku biex tgħin tnaqqas id-differenzi soċjali u ekonomiċi bejn ir-reġjuni tagħha. Dan il-filmat qasir jurik aktar dwar kif dawn l-investimenti tal-UE jistgħu jtejbu ħajjet iċ-ċittadini billi jistimolaw it-tkabbir ekonomiku fir-reġjun tagħhom.

Tul dawn l-aħħar ħames snin, il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE ħolqot aktar minn 600 000 impjieg. Kull sena investiet fit-taħriġ professjonali ta' 15-il miljun ruħ sabiex ittejjeb l-impjegabbiltà tagħhom; ikkofinanzjat il-bini ta' 25 000 km ta' toroq u 1 800 km ta' linji ferrovjarji; żgurat ukoll il-provvista ta' ilma tax-xorb nadif għal tliet miljun ruħ oħra; investiet f'200 000 kumpanija ta’ daqs żgħir u medju u f'61 000 proġett ta' riċerka. Dawn iċ-ċifri għadhom qed jiżdiedu, billi l-proġetti li nbdew matul dawn l-aħħar ħames snin għadhom qed jagħtu r-riżultati. 

Dan kollu huwa possibbli bis-saħħa tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew, li flimkien jirrappreżentaw aktar minn terz tal-baġit tal-UE.

Data: 16/07/2014

Lingwi Lithuanian Swedish Dutch French Estonian Spanish Italian Romanian Portuguese Latvian Greek English German Bulgarian Danish Maltese Polish Hungarian Czech Finnish Croatian Slovenian Slovak

Sottotitli english

Ħin 03:34 minutes / mp4

Aktar informazzjoni

The EU's main investment policy

Vidjows