Ir-Rapport Annwali tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea 2017 - 2018

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : Bulgarian Czech Danish German Estonian Greek English Spanish French Croatian Italian Latvian Lithuanian Hungarian Maltese Dutch Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Finnish Swedish
Period : 2014-2020
Date : 04/02/2020

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru2012/2002 tal-11ta’Novembru2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament”) jipprevedi fl-Artikolu 12 tiegħu li għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attività tal-Fond fis-sena ta’ qabel. Eċċezzjonalment, minħabba li l-proċedura ta’ mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà għad-diżastri kollha tal-2017 tlestiet biss fl-2018, dan ir-rapport ikopri l-attivitajiet tal-Fond kemm matul l-2017 kif ukoll matul l-2018. Ir-rapport jiġbor fil-qosor l-applikazzjonijiet li ġew irċevuti u l-każijiet li ngħalqu matul il-perjodu tar-rapportar. Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjonijiet kollha skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament kif emendat fl-2014.

Fl-2017, il-Kummissjoni rċeviet għaxar applikazzjonijiet ġodda għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond ta’ Solidarjetà, jiġifieri minn Franza, mill-Greċja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Polonja,mill-Portugall u minn Spanja. Barra minn hekk, u l-aktar importanti, l-Italja rrevediet u aġġornat l-applikazzjoni tagħha li kienet inizjalment ippreżentat fl-2016 għas-sensiela ta’ terremoti kbar li bdew f’Awwissu 2016 u li komplew sal-bidu tal-2017.

Il-Portugall, il-Greċja, Franza u Spanja talbu pagamenti bil-quddiem għal ħames applikazzjonijiet li tlieta minnhom setgħu jingħataw. Il-Kummissjoni ħallset dawn l-avvanzi li ammontaw għal total ta’ EUR 6,5 miljun fi żmien ftit ġimgħat wara li rċeviet l-applikazzjonijiet.

Tnejn mill-applikazzjonijiet irċevuti, jiġifieri dawk għall-għargħar f’Murcia u għan-nirien f’Doñana fi Spanja, ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet tar-Regolament u għalhekk ma ġewx aċċettati. Id-deċiżjonijiet dwar it-tmien applikazzjonijietil-ġodda l-oħra mill-2017 ġew adottati fl-2018. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għalqet sitt interventi preċedenti tal-Fond ta’ Solidarjetà.

More information :

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE 

Publications