Negħlbu l-ostakli f’reġjuni tal-fruntiera - rapport sommarju dwar il-konsultazzjoni pubblika online

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : Bulgarian Czech Danish German Estonian Greek English Spanish French Croatian Italian Latvian Lithuanian Hungarian Maltese Dutch Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Finnish Swedish
Period :
Date : 04/04/2016

F’Settembru tal-2015 il-Kummissjoni nediet ir-Reviżjoni Transkonfinali, biex tistudja l-ostakli li n-nies fir-reġjuni tal-fruntiera għadhom qed jiffaċċjaw. Parti minn din ir-reviżjoni kienet konsultazzjoni pubblika madwar l-UE kollha, li r-riżultati tagħha tħabbru llum.

Dawk li wieġbu mhux biss identifikaw b’mod ċar il-kwistjonijiet transkonfinali pendenti, iżda talbu wkoll li jitressqu ideat konkreti dwar kif jegħlbuhom, li huma miġbura f’dan ir-rapport.

Huma jsemmu ħames ostakli:

  1. ostakli legali u amministrattivi (nuqqas ta’ għarfien tal-kwalifiki, differenzi fis-sistemi tas-sigurtà soċjali, il-pensjonijiet u t-tassazzjoni),
  2. ostakli tal-lingwa,
  3. aċċess fiżiku diffiċli (nuqqas ta’ infrastruttura u sistemi integrati ta' trasport pubbliku),
  4. nuqqas ta’ kooperazzjoni bejn awtoritajiet pubbliċi dwar kwistjonijiet transkonfinali, u
  5. diverġenzi ekonomiċi (differenzi fis-suq tax-xogħol u l-pagi li joħolqu flussi asimmetriċi).

Aktar minn €10 biljun minn Fondi SIE se jkunu investiti fit-trawwim ta’ kooperazzjoni transkonfinali bejn l-2014-2020.

More information :

Cross-Border Review

Publications