Rapport dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : Bulgarian Czech Danish German Estonian Greek English Spanish French Italian Latvian Lithuanian Hungarian Maltese Dutch Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Finnish Swedish
Period : 2007-2013
Date : 08/04/2013

Ir-reġjun tad-Danubju jinkludi 14-il pajjiż, tmienja minnhom Stati Membri tal-UE. Jilqa’ fih aktar minn 100 miljun ruħ, wieħed minn ħamsa tal-popolazzjoni tal-UE. Il-pajjiżi huma differenti f'termini ta' saħħa ekonomika, iżda r-Reġjun huwa interkonness sew, b’potenzjal għal aktar integrazzjoni u tkabbir.

Ir-Reġjun ittrasforma ruħu bl-aħħar żewġ tkabbiriet tal-UE: Il-Kroazja se tissieħeb dalwaqt. Hemm ħames pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw ir-rabtiet politiċi, soċjoekonomiċi u settorjali tagħhom mal-UE f'diversi modi. Ir-reġjun għandu pożizzjoni strateġika, li jiftaħ l-UE għallġirien tagħha, ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, in-Nofsinhar tal-Kawkasu u l-Asja Ċentrali. Jospita l-aktar xmara internazzjonali fid-dinja, li hija fus ewlieni ta' trasport, baċir idroloġiku interkonness u kuritur ekoloġiku magħruf mad-dinja kollha.

More information :

EU Strategy for the Danube Region

Publications