Gwida għall-Istati Membri dwar it-Tfassil tad- Dikjarazzjoni ta' Ġestjoni u tas-Sommarju Annwali

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : Bulgarian Czech Danish German Estonian Greek English Spanish French Croatian Italian Latvian Lithuanian Hungarian Maltese Dutch Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Finnish Swedish
Period : 2014-2020
Date : 19/08/2015

Il-MA hija meħtieġa tfassal dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u sommarju annwali f’konformità mal-Artikolu 59(5)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 125(4)(e) tas-CPR. Dawn id-dokumenti jikkontribwixxu biex jissaħħaħ il-kontroll intern fil-livell tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-FSIE u biex tiżdied ir-responsabbiltà taħt is-sistema ta’ ġestjoni kondiviża.
L-għan ta’ dan id-dokument huwa li tingħata gwida prattika lill-Istati Membri dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u tas-sommarju annwali2.

Il-mudell għad-dikjarazzjoni ta' ġestjoni hija stipulata fl-Anness VI tas-CIR.
Id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni hija magħmula minn żewġ partijiet:
- id-dikjarazzjoni nnifisha li, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, tinkludi tliet elementi marbuta mal-kontijiet, l-użu tan-nefqa li tiddaħħal f’dawn il-kontijiet u l-legalità u r-regolarità ta’ din in-nefqa abbażi tal-garanziji mogħtija mill-MCS (minn issa 'l quddiem it-taqsima 1.1); kif ukoll
- konferma mill-MA tal-funzjonament effettiv u konformi tal-MCS fir-rigward ta’ għadd ta’ elementi ewlenin: trattament xieraq fil-kontijiet ta’ irregolaritajiet misjuba, inkluż fil-każ ta’ valutazzjoni kontinwa tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa; dejta relatata mal-indikaturi, l-istadji importanti u l-progress tal-programm; miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi; nuqqas ta’ informazzjoni mhux żvelata ta’ kwistjonijiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għar-reputazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni (minn hawn 'il quddiem it-taqsima 1.2).
Id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni għandha ssir għal kull programm b’mod separat u għandha x’taqsam mal-implimentazzjoni tal-programm matul is-sena kontabilistika. Id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni għandha tkun konsistenti mas-sommarju annwali. F’każ ta’ programmi plurifond, fejn il-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni separatament għal kull fond, għandha ssir dikjarazzjoni ta’ ġestjoni unika mill-MA.

Publications