Gwida għall-Istati Membri dwar l-Istrateġija tal-Awditjar

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : Bulgarian Czech Danish German Estonian Greek English Spanish French Croatian Italian Latvian Lithuanian Hungarian Maltese Dutch Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Finnish Swedish
Period : 2014-2020
Date : 27/08/2015

L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jipprovdi gwida lill-AA responsabbli għat-tħejjija tal-istrateġija tal-awditjar (minn issa 'l quddiem "l-istrateġija") skont l-Artikolu 127(4) tas-CPR. Din il-gwida hija applikabbli għall-FSIE bl-eċċezzjoni tal-FAEŻR u ssegwi l-istruttura mudell għall-istrateġija tal-awditjar definita fl-Anness VII tas-CIR.

Din il-gwida tistabbilixxi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-sezzjonijiet varji tal-istrateġija. Dawn huma mfassla mhux biss mid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq iżda wkoll mill-esperjenza tal-Kummissjoni fl-istrateġiji tal-awditjar tal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, standards tal-awditjar eżistenti li huma aċċettati internazzjonalment u l-aħjar prattika.

L-istrateġija hija element essenzjali ta' bażi tal-mudell ta’ garanzija tal-FSIE (ħlief għall-FAEŻR), peress li dan huwa dokument tal-ippjanar li jistabbilixxi l-metodoloġija tal-awditjar, il-metodu tal-kampjunar għall-awditi tal-operazzjonijiet u l-ippjanar tal-awditi fir-rigward tal-ewwel tliet snin ta’ kontabilità u jeħtieġ li tiġi aġġornata kull sena mill-2016 sa u inkluż l-2024.

 

 

 

More information :

Guidance on European Structural and Investment Funds 2014-2020

Publications