Il-Politika ta' Koeżjoni u Malta

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : English Maltese
Period : 2014-2020
Date : 15/10/2014

Fl-2014-2020, Malta se tiġġestixxi tliet programmi operazzjonali taħt il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE. Minn dawn, wieħed se jirċievi finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-Fond ta’ Koeżjoni, wieħed se jirċievi finanzjament mill-FEŻR fi ħdan il-qafas tal-inizjattiva tal-SMEs u wieħed se jirċievi finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

L-UE, kemm se tinvesti f’Malta mill-2014 sal-2020?

Għall-2014-2020, Malta ġiet allokata madwar € 729 miljun (prezzijiet attwali) f’finanzjament totali tal-Politika ta’ Koeżjoni:

  • € 490.2 miljun għar- reġjuni ta’ tranżizzjoni (ilpajjiż kollu huwa kklassifikat bħala reġjun ta’ tranżizzjoni).
  • € 217.7 miljun permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni.
  • € 17-il miljun għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea.

Minn dan, il-FSE jammonta għal 21.6% talallokazzjoni, għal ammont totali ta’ € 105.9 miljun. Malta rċeviet ukoll € 3.9 miljun taħt il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn.

More information :

Cohesion Policy achievements and future investments

Publications