KOMUNIKAZZJONI dwar L-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : Bulgarian Czech Danish German Estonian Greek English Spanish French Italian Latvian Lithuanian Hungarian Maltese Dutch Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Finnish Swedish
Period : 2007-2013
Date : 10/06/2009

Tmienja mid-disa' stati li jmissu mal-Baħar Baltiku huma membri tal-Unjoni Ewropea. Lintroduzzjoni ta' regoli Komunitarji, u l-opportunitajiet maħluqa mill-istrumenti u l-politiki Komunitarji (pereżempju l-politika ta' koeżjoni, il-politika għal żvilupp sostenibbli, il-politika ambjentali, il-politika marittima integrata, is-suq intern u l-Aġenda ta' Liżbona) fetħu ħafna possibilitajiet ġodda għal koordinazzjoni iktar effettiva ta' attivitajiet, u b'hekk wasslu standards tal-ħajja iktar għoljin liċ-ċittadini ta' dawn l-Istati Membri. Madankollu, minkejja llivelli tajba ta' komunikazzjoni u kooperazzjoni internazzjonali u interre ġjunali, biex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet ġodda li tipprovdi sħubija tal-UE l-isfidi li qed jiffċaajaw irreġjun għandhom ma ġewx indirizzati b'mod adegwat

Ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku huwa żona eteroġenja ħafna mil-lat ekonomiku, ambjentali u kulturali, iżda l-pajjiżi kkonċernati għandhom ħafna riżorsi komuni u juru interdipendenza konsiderevoli. Dan ifisser li l-azzjonijiet f'żona waħda malajr jista' jkollhom konsegwenzi f'żoni oħra tar-reġjun jew fir-reġjun kollu. F'dawn iċ-ċirkostanzi din iż-żona tista' tkun mudell ta' kooperazzjoni reġjunali fejn ideat u approċċi ġodda jistgħu jiġu ttestjati u żviluppati matul iż-żmien bħala eżempji tal-aħjar prassi.

More information :

Baltic Sea Strategy

Publications