Manifest għaż-Żgħażagħ Magħmul miż-Żgħażagħ biex jifforma l-Politika Ewropea ta’ Kooperazzjoni

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : Bulgarian Czech Danish German Estonian Greek English Spanish French Croatian Italian Latvian Lithuanian Hungarian Maltese Dutch Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Finnish Swedish
Period :
Date : 16/10/2020

L-involviment taż-żgħażagħ Ewropej fil-futur tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

L-2020 timmarka 30 sena mill-iskema ta’ kooperazzjoni ewlenija tal-UE msejħa “Interreg”. Ittliet suġġetti ewlenin relatati maċ-ċelebrazzjoni ta’ 30 sena ta’ kisbiet biex il-fruntieri Ewropej isiru opportunità grazzi għal spirtu kooperattiv huma: ġirien, ekoloġija u żgħażagħ.

Bħala wieħed mit-tliet suġġetti ewlenin talkampanja tat-30 sena tal-Interreg, issuġġett “żgħażagħ” għandu l-għan li juri li anke jekk iż-żgħażagħ diġà huma parti minn Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE), jista’ jsir u għandu jibqa’ jsir ħafna aktar. Kif? Bil-ġbir talideat u tax-xewqat taż-żgħażagħ dwar kif tista’ titjieb ilkooperazzjoni territorjali fil-futur sabiex ilġenerazzjonijiet żgħażagħ iħossuhom mismugħa minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-ogħla livell talUE.

Dan l-eżerċizzju demokratiku u orjentat lejn iżżgħażagħ fl-2020 mhuwiex biss wieħed topiku minħabba l-kampanja ta’ ċelebrazzjoni tat-30 sena tal-Interreg iżda wkoll minħabba li hija sena ta’ bidliet politiċi bejn żewġ perjodi tal-baġit talUE, jiġifieri l-2014-2020 u l-2021-2027. Għalhekk, l-2020 huwa l-aħjar mument biex jiġu espressi lfehmiet sabiex jiġi influwenzat it-tfassil tal-politika tal-Interreg u l-implimentazzjoni tagħha bbażata fuq il-proġetti.

Dan il-Manifest jippreżenta l-ideat taż-żgħażagħ dwar l-Interreg u speċjalment dwar kif din tista’ ssir aktar konformi mal-aspettattivi tagħhom. Huwa primarjament indirizzat lil dawk li jfasslu l-politika fillivell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll lillAwtoritajiet Maniġerjali u lill-benefiċjarji tal-proġetti tal-Interreg, lill-organizzazzjonijiet interessati filkoeżjoni tal-UE – u b’mod speċjali l-Interreg - ittfassil tal-politika, iż-żgħażagħ, l-involviment taċċittadini u l-parteċipazzjoni demokratika. L-ideat ippreżentati hawn inġabru mill-persunal talKummissjoni Ewropea permezz ta’ stħarriġ immirat, stħarriġ u diskussjonijiet ta’ gruppi online ma’ żgħażagħ mill-Ewropa kollha (jiġifieri l-UE, ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi ġirien tagħha).

Il-Kummissarju tal-UE għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira, u l-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-UE se jirċievu l-Manifest fil-15 ta’ Ottubru 2020 fl- Avveniment Annwali tal-Interreg matul id-djalogu ddedikat għaż-żgħażagħ, fil-preżenza ta’ wħud miżżgħażagħ li kkontribwew. L-għan huwa li jiġu diskussi u li jinstemgħu r-reazzjonijiet għall-Manifest tal-ogħla persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-UE.

More information :

Interreg 30 Years

Publications