Nifhmu L-Politiki Tal-Unjoni Ewropea: Il-Politika Regjonali - Ir-regjuni u l-ibliet Ewropej isiru aktar kompetittivi, ikattru t-tkabbir u l-holqien talimpjiegi

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : Bulgarian Czech Danish German Estonian Greek English Spanish French Croatian Italian Latvian Lithuanian Hungarian Maltese Dutch Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Finnish Swedish
Period : 2014-2020
Date : 18/09/2014

Il-politika reġjonali tal‑UE tirrappreżenta l‑akbar parti tal‑baġit tal‑UE għall-2014–20 (€351.8 biljun mit‑total ta’ €1 082 biljun) u għalhekk hija l‑għodda ewlenija għall‑investiment tal‑Unjoni.

Dawn ir-riżorsi jintużaw għall‑finanzjament ta’ infrastrutturi strateġiċi tat‑trasport u tal‑komunikazzjoni, sabiex jiffavorixxu t‑tranżizzjoni għal ekonomija li tirrispetta aktar l‑ambjent, biex jappoġġjaw intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) biex dawn isiru aktar innovattivi u aktar kompetittivi, joħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda u dejjiema, biex isaħħu u jimmodernizzaw is‑sistemi tal‑edukazzjoni u biex jibnu soċjetà aktar inklużiva.

B’hekk, il-politika reġjonali sservi bħala katalista għal aktar finanzjament pubbliku u privat, mhux biss minħabba li din tobbliga lill‑pajjiżi tal‑UE biex jikkofinanzjaw proġetti mill‑baġits nazzjonali rispettivi tagħhom, iżda wkoll għaliex toħloq ukoll fiduċja fost l‑investituri. Għaldaqstant il‑kontribuzzjoni nazzjonali, u l‑effett ta’ lieva tal‑istrumenti finanzjarji, l‑impatt globali ta’ investiment tal‑UE għall-2014–20 x’aktarx li se tkun ta’ aktar minn €500 biljun.

Publications