Politika ta’ Koeżjoni ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa

 Għodod addizzjonali

 
Available languages : Bulgarian Czech Danish German Estonian Greek English Spanish French Croatian Italian Latvian Lithuanian Hungarian Maltese Dutch Polish Portuguese Romanian Slovak Slovenian Finnish Swedish
Period : 2014-2020
Date : 25/03/2014

Il-politika ta’ koeżjoni hija l-pilastru ewlieni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE).

Permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-UE tipprovdi appoġġ lil negozji innovattivi ġodda, tappoġġja lill-SMEs, toħloq impjiegi sostenibbli, iżżid il-ħiliet, tiġġieled il-faqar, tippromwovi l-inklużjoni soċjali, tipprovdi lir-reġjuni remoti b’aċċess broadband, tindirizza l-eżodu ta’ mħuħ, ittejjeb l-ambjent, tippromwovi l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli, tibni kollegamenti ta’ trasport essenzjali u ssaħħaħ l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Meta jittieħdu flimkien dawn il-Fondi jammontaw għal aktar minn terz tal-baġit totali tal-UE. Ir-reġjuni kollha tal-UE jibbenefikaw mill-Politika ta’ Koeżjoni, iżda r-reġjuni l-aktar fqar jirċievu livelli ogħla ta’ investiment.

 

Publications