L-Istrument għall-Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IAP)
Mill-1 ta' Jannar 2007, l-Istrument għall-Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IAP) daħal minflok sensiela ta' programmi u strumenti finanzjarji Komunitarji destinati għall-pajjiżi kandidati jew għall-kandidati potenzjali għall-adeżjoni, għall-programmi PHARE, PHARE CBC, ISPA, SAPARD, CARDS, u l-istrument finanzjarju għat-Turkija.
L-interventi ta' l-IAP 2007-2013 ("IAP I") jikkonsistu f'ħames aspetti:
- l-għajnuna għat-tranżizzjoni u t-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet;
- il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri (ma' l-Istati Membri ta' l-UE u l-pajjiżi l-oħra eliġibbli għall-IPA);
- l-iżvilupp reġjonali (trasport, ambjent u żvilupp ekonomiku);
- ir-riżorsi umani (it-tisħiħ tal-kapital uman u l-ġlieda kontra l-esklużjoni);
- l-iżvilupp rurali.
Il-pajjiżi benefiċjarji ta' l-IAP huma mqassmin f'żewġ kategoriji:
- Pajjiżi kandidati tal-UE (it-Turkija, l-Albanija, il-Montenegro, is-Serbja u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq) huma eliġibli għall-ħames komponenti kollha tal-IPA.;
- il-pajjiżi kandidati potenzjali li jagħmlu parti mill-Balkani tal-Punent ( Bosnija-Ħerzegovina, Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244/99) li mhumiex eliġibbli ħlief għall-ewwel żewġ aspetti.
Il-qafas legali u l-assistenza finanzjarja tal-IPA 2014-2020 ("IPA II") jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ għall-Politika tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, bl-eċċezzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi tal-IPA.