Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej
Ħames Fondi ewlenin jaħdmu flimkien biex jappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE, f'konformità mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020:
- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)
- Fond Soċjali Ewropew (FSE)
- Fond ta' Koeżjoni (CF)
- Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
- Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)
Kull reġjun tal-UE jista' jibbenefika mill-FEŻR u l-FSE. Madankollu, ir-reġjuni li jkunu għadhom lura jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni.
Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) jipprovdi assistenza fil-każ ta' diżastri naturali kbar.
Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni
L-appoġġ għall-kandidati tal-UE u l-pajjiżi kandidati potenzjali huwa disponibbli permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA).