breadcrumb.ecName

INTERREG EUROPE

Deskrizzjoni tal-programm

Objettivi ewlenin

Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-politika ta' koeżjoni permezz tal-iskambju tal-esperjenza, it-trasferiment tal-prattika tajba u inizjattivi konġunti bejn ir-reġjuni tal-UE 28 (flimkien man-Norveġja u l-Isvizzera) fuq objettivi tematiċi, bħall-innovazzjoni, l-SMEs, l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u l-protezzjoni ambjentali.

Prijoritajiet ta' finanzjament

Il-Programm sejjer jiffoka fuq erba' prijoritajiet ewlenin:

  • It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni
  • Il-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju
  • L-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju
  • L-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi

L-impatti mistennija

Dan il-programm huwa speċifiku ħafna, peress li jista' jinfluwenza biss il-mod li bih il-Programmi Operazzjonali l-oħrajn sejrin jimmobilizzaw il-finanzjament tagħhom fl-objettivi tematiċi kkonċernati, jiġifieri

  • Is-sehem mill-programmi ta' tkabbir u impjiegi influwenzati minn Interreg Europe fil-qasam ta' innovazzjoni: 25%
  • Is-sehem mill-programmi ta' tkabbir u impjiegi influwenzati minn Interreg Europe fil-qasam tal-SMEs: 33%
  • L-ammonti ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ESIF) immobilizzati fil-qasam tal-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, influwenzati minn Interreg Europe: €192 miljun

Fondi

Regional Development Fund (ERDF): 359.326.320,00 €

Il-prijoritajiet tematiċi

View the data

It-tagħrif finanzjarju

Baġit totali tal-PO: 426.309.618,00 €

Kontribuzzjoni totali tal-UE: 359.326.320,00 €

View the data