Għanijiet ewlenin

Dan hu kif il-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ koeżjoni jikkontribwixxu għat-tliet għanijiet elenkati hawn taħt: “konverġenza”, “kompetittività reġjonali u impjiegi” u “kooperazzjoni territorjali Ewropea”:

Għanijiet u Fondi
(Ikklikja fuq il-Fond li tagħżel) Fondi ta' Koeżjoni FSE ERDF

Il-ħsieb ta’ l-għan ta’ Konverġenza huwa li jippromwovi l-kundizzjonijiet u l-fatturi li jsaħħu t-tkabbir li jwasslu għal konverġenza vera għall-Istati Membri u għar-reġjuni li huma l-inqas żviluppati. F’UE ta’ 27, dan l-għan jikkonċerna – fi ħdan 18-il Stat Membru – 84 reġjun b’popolazzjoni ta’ 154 miljun, b’ PGD għal kull persuna inqas minn 75% tal-medja Komunitarja, u - fuq bażi ta’ “tneħħija gradwali” - 16-il reġjun ieħor b’16.4 miljun abitant b’ PGD li huwa biss ftit li xejn ‘il fuq mil-limitu minħabba fl -eff ett statistiku ta’ l-UE aktar kbira. L-ammont disponibbli taħt l-għan ta’ Konverġenza huwa ta’ € 282,8 biljun li jirrappreżenta 81.5% tat-total u huwa maqsum kif ġej: € 199.3 biljun għar-reġjuni ta’ Konverġenza, fi lwaqt li € 14 biljun huma reservati għarreġjuni ta’ “tneħħija gradwali” u € 69,5 biljun għall-Fond ta’ Koeżjoni, dan ta’ l-aħħar japplika għal 15-il Stat Membru.

Barra r-reġjuni ta’ Konverġenza, l-għan ta’ Kompetittivita reġjonali u l-impjiegi jimmira lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u ta’ l-attrazzjoni tar-reġjuni kif ukoll lejn l-impjieg permezz ta’ strateġija b’ żewġ eff etti. L-ewwel, il-programmi ta’ żvilupp se jgħinu lir-reġjuni biex jantiċipaw u jippromwovu l-bidla ekonomika permezz ta’ l-innovazzjoni u l-promozzjoni tas-soċjeta ta’ l-għarfi en, ta’ l-imprenditorija, l-ħarsien ta’ l-ambjent, u t-titjib ta’ l-aċċessibilita tagħhom. It-tieni, aktar xogħlijiet u xogħlijiet aħjar se jkunu appoġġjati permezz ta’ l-adattament tal-ħaddiema u ta’ l-investiment f’riżorsi umani. F’UE ta’ 27, total ta’ 168 reġjun se jkunu eliġibbli, li jirrappreżentaw 314-il miljun abitant. Fost dawn ir-reġjuni, 13 minnhom li jilqgħu fi hom 19-il miljun abitant jirrappreżentaw l-hekk imsejħa żoni ta’ “fażi ta’ introduzzjoni progressiva” u huma suġġetti għal allokazzjonijiet fi nanzjarji speċjali minħabba fl -istatus tagħhom preċedenti bħala reġjuni ta’ “l-1 Objettiv”. L-ammont ta’ € 55 biljun – li minnhom € 11.4 biljun imorru għar-reġjuni ta’ “fażi ta’ introduzzjoni progressiva” - jirrappreżenta biss ftit inqas minn 16% ta’ l-allokazzjoni totali. Hemm reġjuni minn 19-il Stat Membru li jintlaqtu minn dan l-objettiv.

Il-programmi antiki Urban II u Equal huma integrati fl-għanijiet “konverġenza” u “kompetittività reġjonali u impjiegi”:

L-għan tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea se jsaħħaħ il-kooperazzjoni trans-konfinali permezz ta’ inizjattivi konġunti lokali u reġjonali, il-kooperazzjoni trans-nazzjonali li timmira lejn żvilupp territorjali integrali, u l-kooperazzjoni interreġjonali u l-iskambju ta’ l-esperjenza. Il-popolazzjoni li tgħix f’żoni trans-konfi nali tammonta għal 181.7 miljun (37.5% tal popolazzjoni totali ta’ l-UE), fi lwaqt li r-reġjuni u ċ-ċittadini kollha ta’ l-UE huma koperti minn waħda mit-13-il żona esistenti ta’ kooperazzjoni trans-nazzjonali. € 8.7 biljun (2.5% tat-total) disponibbli għal dan il-għan huma mqassma kif ġej: € 6.44 biljun għall kooperazzjoni trans-konfi nali, € 1.83 biljun għal dik trans-nazzjonali u € 445 miljun għal dik interreġjonali.

Dan l-għan jibbaża fuq l-esperjenza ta’ l-inizjattiva antika Komunitarja INTERREG..

Għal aktar tagħrif dwar l-għanijiet għall-perjodu 2000-2006, ikklikja fuq dawn il-links: